Esklussiva – Il-Verita għaliex twaqqaf il-kampjonat tal-Basketball

Monday, February 7, 2011, 10:32

minn Sandro Micallef

Jirriżulta li bħalissa fi ħdan l-MBA, il-Malta Basketball Association qed tirrenja atmosfera ostili għall-aħħar b’ħafna jsostnu li fost l-għola uffiċjali hemm element kbir ta’ paniku. Dan hekk kif il-ġimgħa l-oħra ntbgħatet email lill-mezzi tax-xandir tgħid li l-kampjonat Nazzjonali tal-irġiel se jitwaqqaf temporanjament mingħajr mal-MBA ma tat ebda raġuni jew spjegazzjoni ulterjuri.

Dan is-sit www.sportinmalta.com jista’ jikkonferma li l-Kampjonat twaqqaf minħabba problemi relatati mal-amministrazzjoni speċifikament wara li ttieħdu deċiżjonijiet kontroversjali għall-aħħar mill-Bord tal-appell tad-dixxiplina tal-MBA. Dan wara li deċiżjoni li ttieħdet mill-Bord tad-Dixxiplina iffirmata minn Tony Brigulio, żewġ players ta’ Luxol, Marco Mercieca u Robert Azzopardi ġew iddixiplinati għall sospensjoni ta’ ħames logħbiet minħabba li wieħed kien vjolenti lejn player avversarju u l-ieħor uża kliem offensiv lejn ir-Referee tal-logħba.

Tony Briguglio urtat ħafna

Ġara iżda li Brigulio (ex Referee tal-Basketball) sar jaf li dawn iż-żewġ players tnaqqsitilhom is-sospensjoni tagħhom, Mercieca minn ħames logħbiet għall-sospensjoni ta’ logħba waħda u Azzopardi minn ħames logħbiet għall-tnejn, u dan b’deċiżjoni tal-Bord tal-appell kompost biss minn Robbie Ebejer (Ex President ASA) u Joe Depasquale Schranz Segretarju tal-Bord (dan tal-aħħar qagħad fuq il-parir u d-deċiżjoni ta’ Ebejer). Kemm Brigulio u anke l-Clubs l-oħra tal-Ewwel Diviżjoni baqgħu mbellħa b’din id-deċiżjoni kontroversjali ta’ Ebejer li ħafer kważi għall-kollox din id-dixxiplina, li tmur kontra r-regolamenti tal-assoċjazzjoni.

Tant kemm hu rrabjat Tony Brigulio li sorsi viċin l-MBA qalulna li l-ex Referee mhux se jersaq iktar lejn il-Padiljun tal-Basketball jekk ma tittranġax is-sitwazzjoni. Brigulio qed jikkunsidra li jitfa’ r-riżenja tiegħu min dan il-Bord liema xogħol jagħmlu b’mod volontarju u bla ebda ħlas.

Intant dan is-sit għandu wkoll informazzjoni konkreta li l-Clubs fosthom Siġġiewi  Derby, Rabat Depiro u Loyola qedgħin jipprotestaw mal-MBA (speċifikament mal-President Mizzi) fuq tlett fatti:

1.Li l-Bord tal-appell skond l-Istatut għandu jkun kompost minn iktar persuni mhux persuna waħda

2. Li Ebejer qatt ma’ ġie approvat biex ikun fil-Bord tal-appell mill-Eżekuttiv tal-MBA hekk kif hemm stipolat fl-Istatut tal-MBA, u

3. Li l-Bord tal-appell ma mexiex skond it-tabella li hemm elenkata fir-regolamenti tal-MBA tad-dixxiplina li jekk player weħel sospensjoni ta’ ħames logħbiet, fl-appell ma tistax titnaqqas għall-partita waħda biss iżda iktar.

Id-Deputat President Louis Azzopardi jirriżenja

F’dawn il-ġranet wara li ltaqa’ darbtejn il-President’s Council (Il-Ħamis u l-Ġimgħa), għall-laqgħa tal-Ġimgħa dan m’attendiex u hu magħruf li hu tefa’ r-riżenja tiegħu.

Referees ilhom ma jitħallsu

L-MBA għaddejja minn semi kriżi hekk kif għandna nformazzjoni li r-Referees ilhom ma jitħallsu għas-servizzi tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun u dawn qedgħin jagħtu ultimatum lil-Maġistrat Antonio Mizzi President tal-MBA li jekk ma jitħallsux sal-14 ta’ Frar mhux se jinżlu jirrefjaw iktar.

L-MBA mhux għaddejja minn żmien faċli xejn hekk kif fl-aħħar xuhur kien irriżenja s-Segretarju Ġenerali Frank Camilleri u reġa’ daħal fil-kariga tiegħu wara li l-President tal-MBA ikkonvinċieħ jagħmel dan.

Dan l-aħħar it-Teżorier tal-MBA ilu ma jersaq għall-laqgġat tal-Eżekuttiv u tal-Presidnet’s Council għall-numru ta’ġimgħat u ħafna Clubs qed isaqsu x’hini l-vera sitwazzjoni finanzjarja tal-Assoċjazzjoni. Jidher ukoll li l-cLubs ilhom ma’ jaraw Audited Accounts għall-numru ta’ xuhur.

Riċentament kien hemm il-kwistjoni tal-barranin, l-ineliġibilita’ ta’player ta’ taħt is-16 –il sena u  ħafna kwistjonijiet oħra.

Illejla se ssir laqgħa tal-Eżekuttiv biex tittieħed deċiżjoni dwar minn jista’ jkunu l-membri tal-Bord tal-appell u biex dawn ikunu approvati wara l-kontroversja ta’ Ebejer. Se jiġi diskuss ukoll meta ser jinstemgħu l-appelli tal-protesti pendenti u meta se jerġa’ jitkompla l-kampjonat tal-Irġiel.





2 Comments

  1. P Borg says:

    Jidher car li hemm tahwid kbir f’din l-assocazzjoni hekk kif jidher li il-livell tal-loghba qed jisfuma fix-xejn. Minn mindu il-Hamrun Liberty iddecidew li jdabbru rashom, spicca kollox fil-Padiljun…

    [Reply]

    E. Farrugia Reply:

    TAHWID is a nice word of putting it. Personally, the whole affair stinks and unless a full investigation is performed, my trust towards the President Council has faded to the bare minimum.

    [Reply]

Leave a comment