Esklussiva: Carlo Seychell medjatur bejn One u l-MFA

Wednesday, November 24, 2010, 23:24

minn Sandro Micallef.

Dan is-sit elettroniku sportiv www.sportinmalta.com għandu nformazzjoni esklussiva li l-ex player ta’ Valletta Carlo Seychell kien il-moħħ u l-medjatur uffiċjali biex tissolva l-problema eżistenti bejn One Productions u l-MFA dwar il-kwistjoni tal-kuntratt ta’ ġbid tal-logħbiet b’mod differit minn Net TV, liema kuntratt allegatament ġie miftiehem minn Antoine Portelli Teżorier tal-MFA.

Carlo Seychell fl-aħjar żmien tiegħu ma' Valletta FC

Carlo Seychell fl-aħjar żmien tiegħu ma' Valletta FC

Impjegat tal-MFA li kien xogħol illum f’Ta’Qali u kkuntatjana qal li ma Carlo Seychell kien preżenti wkoll persuna oħra midħla fil-football u fil-kamp politiku laburista, li t-tnejn li huma kienu preżenti għall-laqgħa li saret it-Tlieta. Seychell kien wieħed mill-kanvasers uffiċjali ta’ Darmanin Demajo fil-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Presidenza tal-MFA.

Filfatt it-Tlieta saret l-ewwel laqgħa bejn ONE Productions Ltd u l-MFA minn mindu nqalet il-kwistjoni bejn ż-żewġ naħat lura fl-10 ta’ Novembru li għadda.

Għal din il-laqgħa li saret ġewwa l-kwartieri tal-MFA f’Ta’ Qali, attendew iċ-Chairman Ezekuttiv ta’ ONE, is-Sur Jason Micallef, flimkien mas-Sur Ivan Vella, Sales Marketing & PR Manager ta’ ONE u s-Sinjuri Norman Darmanin Demajo, President, u Bjorn Vassallo Kap Eżekuttiv tal-MFA.

Prezenti għal din il-laqgħa kien hemm żewġ persuni li volontarjament offrew is-servizzi tagħhom bħala medjaturi. Fatt interessanti hu li Antoine Portelli l-persuna li taħt ir-responsabilitajiet tiegħu jaqgħu id-drittijiet televiżiżi u l-flus miġbura minnhom ma kienx preżenti. 

Waqt din il-laqgħa, li kienet waġda kordjali ħafna, iż-żewg nażat iddiskutew fit-tul il-kwistjoni li waslet biex ONE tissospendi x-xandir tal-attivitajiet kollha tal-MFA fuq l-istazzjonijiet ONE. 

Matul il-kors tal-laqgħa, u fi tmiemha, deher li ż-żewġ naħat għamlu progress sostanzjali biex il-kwistjoni pendenti bejn ONE u l-MFA tirrisolvi ruħha fl-iqsar żmien possibbli.

Għal dan il-għan u l-mod ta’ kif żviluppaw l-affarijiet waqt din l-istess laqgħa, ONE Productions qed tissospendi l-azzjonijiet tagħha fil-konfront tal-MFA b’effett immedjat, u dan bit-tama li tinstab soluzzjoni aħħarija għas-sodisfazzjon ta’ ONE u l-MFA, u tal-ġid ġenerali tal-football Malti u d-dilettanti kollha tiegħu.





3 Comments

  1. julio says:

    good move ahead Jason.Hkk issa kull min jara One TV jara r-rizultati tal-futbol ta pajjizu. Jason tghaggillx ghax kontu haltu fi sqaq jew ahjar dahlukom.Il-futbol bla One TV kien jibqa ghaddejj ferut izda kienu jgawdu l-ohrajn kompetituri tieghu fis-surveys.Kien hemm gurnalisti li xtaqu li dan jibqa ghaddejj izda Jason baxxa rasu.Prosit Jason.

    [Reply]

  2. Hamruniz kbir says:

    sorry ta imma Carlu Seychell fix jindahal ? ghax Laburist gifieri biex inkunu nafu li Laburist ….

    [Reply]

  3. John Pace says:

    What news value is this????????

    [Reply]

Leave a comment