Erbgha plejers Maltin se jiehdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2013

Wednesday, May 29, 2013, 15:58

Erbgha plejers Maltin tas-snooker ghada(it-Tlieta) jhallu Malta biex jirrapprezentaw lil Malta fil-Kampjonati Ewropej tas-Snooker li se jintlaghbu bejn it-28 ta’ Mejju u s-6 ta’ Gunju. Il-plejers huma c-champion Malti Duncan Bezzina, in-numru wiehed fir-rankings lokali Alex Borg, in-numru tlieta Mario Brincat u l-ahjar plejer femminili Roberta Cutajar.

146 plejer minn 29 pajjiz differenti se jiehdu sehem f’dawn il-kampjonati li se jintlaghbu fuq 16 il-mejda fl-Olympic Sport Centre gewwa l-belt ta’ Zielona Gora fil-Polonja. 76 plejer se jikkompetu fil-kampjonat tal-irgiel, 42 f’dawk tal-Masters (Over 40) waqt li 28 plejer se jikkompetu ghat-titlu femminili.

Bezzina, Borg u Brincat se jiehu sehem fil-kampjonat tal-irgiel waqt li Cutajar se tkun qed tikkompeti fil-kategorija femminili. Is-sitta u sebghin plejer fil-kategorija tal-irgiel gew imqassma fi 12 il-grupp ta’ sebgha jew sitt plejers ilwiehed bl-ewwel erbgha plejers ikklassifikati f’kull grupp jghaddu ghall-fazi tan-knock-out (l-ahhar 48). Borg rebah dawn il-kampjonati fl-2005 u 2006 u kien finalista fl-1998 u 2004. Il-loghbiet fil-fazi tal-gruppi ikunu fuq l-aqwa minn 7 frames.

Fil-kategorija tan-nisa it-28 plejer gew imqassma f’erbgha gruppi ta’ sebgha plejers il-wiehed bl-ewwel erbgha kklassifikati minn kull grupp jikkwalifikaw ghal ma’ l-ahhar 16. Cutajar kienet waslet sas-semi finali fl-ewwel esperjenza taghha fl-2011 gewwa l-Bulgarija. Il-loghob f’din il-fazi jkun l-aqwa minn 5 frames.





Leave a comment