Erba’ timijiet bl-istess punti

Monday, December 3, 2012, 8:30

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

 

Tata Motors Loyola 40

Siġġiewi 56

(4-20)(11-14)(13-13)(12-9)

 

Depiro vs Luxol

Depiro vs Luxol

It-tielet ġurnata tal-kampjonat fetħet bil-partita bejn Tata Motors Loyola u Siġġiewi b’dawn tal-aħħar jieħdu t-tieni rebħa 56-40. Il-partita kienet f’idejn Siġġiewi fl-ewwel sessjoni pero’ d-dħul tal-Ispanjol Antonio Jose Torres Sarrio biddel l-andament tal-partita speċjalment taħt il-boards fejn beda jieħu diversi rebounds. Għal Siġġiewi kien nieqes Louis Camilleri fil-waqt li Loyola kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Siġġiewi ma setax kellhom bidu aħjar fejn għamlu l-ewwel ħmistax il-punt tal-partita mingħajr risposta b’punti minn Peter Shoults u Marco Matijevic fost l-oħrajn. L-ewwel punti ta’ Loyola ġew fit-tmien minuta minn Sean Borg b’basket flimkien ma freethrows ta’ Kenyale Evans. Siġġiewi għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Shoults għal skor ta’ 20-4. It-tieni perjodu fetaħ b’basket minn JP Azzopardi għall-Loyola qabel ma Siġġiewi għamlu ħames punti oħra. Billy Zammit għamel trippla għall-Loyola pero’ n-naħa l-oħra Shoults għamel 2 wara xulxin flimkien ma’ basket minn Eman Xuereb. Loyola għamlu break qasir ta’ 6-1 biex fl-intervall Siġġiewi kienu fuq quddiem 34-15.

It-tielet taqsima fetħet b’5 punti minn Chris Meier forsthom trippla pero’ Loyola bil-mod il-mod bdew inaqqru l-vantaġġ tas-Siġġiewi. Sarrio għamel żewġ baskets wara xulxin b’Shoults u Meier jerġgħu jirrispondu għal Siġġiewi. Anton Axiaq flimkien ma’ Sarrio għalqu s-sessjono bis-Siġġiewi fuq quddiem 47-28. Loyola bdew l-aħħar sessjoni b’żewġ baskets oħra minn Axiaq u Jonathan Ransley. Shoults għamel ir-raba’ trippla tiegħu bil-Loyola jagħmlu sforz ieħor u jaslu sa’ 10 punti ‘l bogħod 40-50. Hawn pero’ Siġġiewi għamlu l-aħħar sitt punti tal-partita biex rebħu 56-40.

           

Tata Motors Loyola: I. Buldakov, B. Zammit 3, A.Timor Sarrio 16, C. Cassar 1, S. Borg 2, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 8, JP Azzopardi 4, M. Grech, J. Ransley 4, K. Evans 2.

Siġġiewi: R. Agius, L. Ross 8, P. Shoults 24, E. Xuereb 4, C. Agius, A. Borg, C. Meier 8, A. Fekete 2, M. Matijevic 10.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile, Luke Camilleri

 

A to Z Electronics Athleta 80

Floriana Francesco Fenech 85

(16-31)(27-19)(24-13)(13-22)

 

Floriana Francesco Fenech għelbu lic-champions A to Z Electronics Athleta biex mhux biss kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat iżda wkoll kisbu l-ewwel rebħa fl-istorja tagħhom kontra t-team tal-Athleta. Għall-Athleta l-problemi tal-injuries ma jistgħux jieqfu fejn issa waqaf ukoll David Bugeja li mistenni jdum barra mil-logħob għal diversi ġimgħat. Dan wassal biex il-coachJoe Galeajutiliżża għal ħin twil l-istess ħames players titolari għalkemm lejn it-tmiem kellhu jirrikori wkoll lejn il-bank mimli players żgħażagħ. Għal Floriana kien nieqes Steve Sammut pero’ għalih patta ħuħ Chris li kellhu partita verament tajba flimkien ma’ Bevan Scott Camilleri u Phillip Thomas. Psikoloġikament, in-nuqqas ta’ players deher li affetwa lil Athleta fl-ewwel ħinijiet tant li Floriana bdew bi break qawwi ta’ 15-1 b’Camilleri jkollu trippla flimkien mal-punti ta’ Thomas u Sammut. Athleta dehru ġejjin f’tagħhom meta wieġbu trippla minn Omar Said qabel ma Floriana għamlu żewġ baskets oħra. Athleta għamlu run ta’ 8-2 pero’ Floriana wieġbu u għal darb’oħra ħasdu lic-champions b’run oħra ta’ 10-0 u temmew is-sessjoni 31-16 minn fuq. It-tieni perjodu fetaħ bi trippla fuq kull naħa bi Floriana jibqgħu fuq quddiem 41-25 sar-raba’ minuta. Hawn Athleta kellhom reazzjoni rabjuża u għaqqdu break ta’ 14-2 biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 39-43. Wara li kien hemm żewġ baskets fuq kull naħa, 3 punti minn Thomas għalqu s-sessjoni bi Floriana jidħlu jistrieħu 50-43 minn fuq.

Athleta naqqsu d-distakk kif bdiet it-tielet sessjoni b’baskets minn Steve Schembri u Marko Todorovic. F’nofs it-taqsima Floriana kienu 58-52 minn fuq pero’ fis-seba’ minuta tilfu lil Dirk Schembri bil-ħames foul. Trippli minn Said u Schembri raw lil Athleta jmorru għall-ewwel darba minn fuq 64-61 fi-tmien minuta. Huma temmew is-sessjoni b’vantaġġ t’4 punti 67-63. L-affarijiet dehru sejrin tajbin għac-champions anke fil-bidu tar-raba’ sessjoni bil-punti ta’ Todorovic u fetħu vantaġġ ta 9 punti 75-66, Camilleri għamel trippla għal Floriana bejn żewġ baskets taż-żagħżugħ Mike Giusti tal-Athleta li fis-seba’ minuta kienu għadhom 79-72 minn fuq. Pero’ minn hemm il-quddiem, waslu biss punti tal-Furjaniżi u fl-aħħar minuta Sammut poġġijhom minn fuq 80-79. Huma komplew b’ħames punti oħra qabel ma Schembri għamel l-aħħar punt tal-Athleta pero’ kien tard wisq u Floriana ċċelebraw din ir-rebħa storika fuq skor ta’ 85-80.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Gauchi Montaldo, M. Todorovic 23,  M. Giusti 4, H. Soufian, O. Said 23, S. Pace 6, Z. Borg, M. Krastev, K. Baldacchino 7, S. Schembri 17

Floriana Francesco Fenech: B. Scott Camilleri 17, D. Camilleri 5, C. Sammut 21, I. Mercieca, C. Calleja, D. Schembri 12, P. Thomas 19, M. Ciantar, S. Saakian 6.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 

Pavi Depiro 77

Bupa Luxol 62

(17-11)(19-11)(23-26)(18-14)

 

Pavi Depiro kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat wara li għelbu lil Bupa Luxol 77-62 biex ħallew lil Luxol b’5 punti daqs Athleta, Siġġiewi u Floriana. Għal Depiro rkupra mil-injury tal-final tas-shield Shawn Morgan. Il-partita kellha bidu quick tant li wara erba’ minuti logħob kien hemm parita 4-4. Hawn Depiro għamlu break qasir ta’ 8-3 bil-punti ta’ Luxol jiġu minn trippla ta’ Jean Paul Bonnici. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Roderick Vella u Morgan biex temmew il-perjodu 17-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Depiro żiedu d-distakk bil-Luxol iwieġbu permezz tal-Amerikan Stephen Shackleford  li għamel il-punti kollha tagħhom f’din it-taqsima. Vella u Andrew Aquilina kellhom trippla kull wieħed hekk kif Depiro għalqu s-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 36-22.

Wara l-intervall, Luxol ħarġu ferm iktar agressivi u wera l-ewwel erba’ minuti kienu diġa naqqsu d-distakk għal 6 punti 33-39. Ir-risposta ta’ Depiro waslet minn Emanuel Lupo u Abraham Portelli biss Luxol komplew jagħfsu u għamlu break qasir ta’ 7-2 u d-distakk niżel għal 5 punti 40-45. Trippla ta’ Vella rat lil Depiro jibdew run ta’ 7-0 li pero kienet imwieġba b’oħra ta’ 6-0 minn Luxol. Lejn it-tmiem kien Aquilina li għamel 5 punti biex is-sessjoni ntemmet bid-Depiro minn fuq 59-48. Il-bidu tal-aħħar sessjoni ra lil Depiro jagħmlu break ieħor ta’ 8-0 biex fit-tielet minuta kienu 17 minn fuq 67-50. Il-partita issa saret diffiċli għal Luxol u minkejja l-punti ta’ Shackleford u Stefan Capello, Depiro komplew b’run oħra ta’ 8-0. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Luxol permezz ta’ Shackleford biex Depiro rebħu l-partita 77-62.

 

Pavi Depiro: R. Vella 13, N. Sultana 12, K. Kun, A. Aquilina 14, A. Portelli 2, D. Agius, A. Micallef, E. Lupo 4, M. Mallia, I. Tanti 4, S. Morgan 28.

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 36, JP Schembri, N. Vasovic 10, T. Paris 5, A. M. Trigona, E. C. Montalto, J.P. Bonnici 8, S. Capello 2.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

3

2

1

5

239

189

Siġġiewi

3

2

1

5

178

161

Floriana Francesco Fenech

3

2

1

5

262

254

Bupa Luxol

3

2

1

5

222

223

Pavi Depiro

3

1

2

4

213

217

Tata Motors Loyola

3

0

3

3

146

216

 

 





1 Comment

  1. karmnu says:

    imma kif kull meta jitilfu l-atleta tinqala gwerra ta qali ux!!!
    Glied, panik nies fil-court!

    [Reply]

Leave a comment