Erba’ akkwisti ġodda u sponsorship għal Floriana FC

Friday, December 30, 2011, 16:06

Floriana FC ipprezentat ufficjalment l-akkwisti l-godda taghha ghall-perjodu ta’ trasferimenti f’Jannar 2012. Eric Akoto, Andre Grabowski, Onome Sodje u Malcolm Licari huma l-erbgha players godda li ma kienux fl-iskwadra originali ta’ Floriana FC fil-bidu tal-istagun.

Eric Akoto – Difensur centrali ta’ 31 sena minn Togo b’cittadinanza Awstrijaka. Maghruf ghas-sahha fizika li jipposjedi fin-nofs tad-difiza. Laghab 56 loghba mat-tim nazzjonali tat-Togo u kien anke parti mill-iskwadra tat-Tazza tad-Dinja fl-2006. Fost il-klabbs li kien maghhom hemm Austria Wien, Grazer AK u Kapfenberger SV fl-Awstrija, Interblock Ljubljana fl-iSlovenja, Maccabi Ahi Nazareth fl-Izrael u North Queensland Fury fl-Awstralja.

Andre Grabowski – Midfielder laterali ta’ 23 sena mill-Polonja b’cittadinanza Svediza. Iddistingwa ruhu bhala winger veloci kemm fuq il-lemin kif ukoll fuq ix-xellug li jipprovdi hafna cansijiet ghall-attakanti u spiss ikun deciziv bil-goals tieghu stess. Fost il-klabbs li kien maghhom hemm Nexo Boldklub u Herfolge Boldklub fid-Danimarka.

Malcolm Licari – Player ta’ 33 sena li jilghab fl-attakk imma wkoll bhala full-back lemini. Wara li beda man-nursery ta’ Floriana FC, laghab fl-oghla divizjoni Maltija fost ohrajn ma’ Pieta Hotspurs u Marsaxlokk FC. Tul is-snin skurja mad-90 goal u wera li hu player ta’ karattru, attitudni professjonali u esperjenza li jista jghin liz-zghazagh fit-tim. Jilghab fi rwoli differenti u ghalhekk jaghti soluzzjonijiet differenti.

Onome Sodje – Attakant Nigerjan ta’ 23 sena b’nazzjonalita Ingliza. Beda l-karriera tieghu mal-akkademja tac-Charlton Athletic fejn fl-2003-2004 skurja 14-il goal minn 19-il loghba. Mal-ewwel issemma bhala attakant prolifiku, bil-velocita u s-sahha jkunu l-aqwa karaterristici tieghu. Fl-2007 issieheb ma’ York City fejn rega kien l-aqwa goal scorer bi sbatax-il goal. Fl-2009 iffirma ma’ Barnsley FC fl-ewwel divizjoni Ingliza u fl-ahhar zewg staguni laghab ma’ FK Senica fl-oghla divizjoni Slovakka u Dong Nai fil-Vietnam.

It-tlett barranin diga laghbu numru ta’ partiti mal-klabb u hallew impressjoni tajba filwaqt li Malcolm Licari ghad irid jiddebutta ma’ Floriana FC wara li kien akkwistat minn Marsaxlokk FC.

F’kummenti lill-mezzi tax-xandir, il-players godda qalu li jhossuhom onorati li jissiehbu ma’ tim glorjuz bhal Floriana FC u jinsabu herqana hafna biex jghinu lit-tim jilhaq l-ambizzjonijiet tieghu fl-ahhar hames xhur tal-kampjonat.

Il-President Johann Said qal li l-erbgha players lahqu l-aktar kriterju importanti ghal klabb, igifieri li jkunu players lesti u motivati li jaghtu l-mija fil-mija taghhom ghal Floriana FC.

“Huwa biss dan it-tip ta’ players li jinteressaw lill-kumitat prezenti ta’ Florana FC”, qal Johann Said, “mhux biss players li ghandhom talent fil-football imma anke karattru u rieda li jkunu kompatibbli mal-ambizzjonijiet tal-klabb”.

Photo- Union Press

Photo- Union Press

“Nemmnu li huma erba’ players ta’ livell gholi li jistghu jaghmlu d-differenza. Eric Akoto, mix-xena internazzjonali, u Malcolm Licari, mix-xena lokali, jgibu maghhom esperjenza vasta li hija mehtiega ghas-success. Minn naha l-ohra, kif urew fl-ewwel loghbiet taghhom mal-klabb, Andre Grabowski u Onome Sodje ghandhom l-energija kollha biex, bil-prestazzjonijiet taghhom f’Malta, jaghmlu isem ghalihom infushom u ghal klabb taghna”, qal il-President ta’ Floriana FC.

Johann Said fisser kif kellu jsir sagrificcju finanzjarju biex saru dawn l-akkwisti. “Ma kinitx bicca xoghol facli imma hassejna li kellna ninvestu biex l-iskwadra ta’ Floriana FC issir hafna aktar kompettivita fid-dipartimenti kollha. Nistennew li issa t-tim jirrispondi ghal dan l-investiment billi jaghti r-rizultati li l-klabb hadem ghalihom”.

Kien hawn li l-President ta’ Floriana FC habbar kif il-klabb irnexxilu jakkwista sponsorship minghand Charles Micallef Swimming Pools Ltd – kumpanija stabbilita sa mill-1969 b’reputazzjoni qawwija fil-kostruzzjoni ta’ swimming pools mhux biss f’Malta imma anke barraminnpajjizna.

Il-President ta’ Floriana FC qal li “wara xhur minghajr ghajnuna ufficjali, il-klabb issa ghandu ftehim ta’ sponsor li se jghinna biex inkomplu nilhqu l-miri taghna. Nirringrazzja lis-sid tal-kumpanija Charles Micallef ghas-sostenn li se jaghti lill-klabb u ninsab cert li se jiehu lura mhux biss sodisfazzjon sportiv imma rizultati kummercjali tajbin grazzi ghall-assocjazzjoni ufficjali ma’ dan il-klabb glorjuz”.

Johann Said esprima t-tama li dan l-isponsorship ikun l-ewwel pass biex aktar kumpaniji private jersqu lejn il-klabb li qed jahdem fuq numru ta’ progetti biex jibqa fl-oghla positijiet tal-football Malti. Fost l-ohrajn l-izvilupp ta’ synthetic pitch fix-Xaghra tal-Floriana li mhux biss jintuza ghat-tahrig tat-timijiet Furjanizi imma wkoll jintuza mill-MFA ghall-loghbiet ufficjali.

Prezenti ghall-konferenza tal-ahbarijiet kien hemm ukoll il-kowc ta’ Floriana Michael Woods, l-assistent kowc Frank Schembri, it-team assistant Anthony Grech Sant u l-captain tat-tim Mano Micallef. Attenda wkoll is-sid tal-kumpanija li sponsorjat lil Floriana FC, Charles Micallef.





1 Comment

  1. Ray says:

    Prosit u Grazzi lil kumitat kollu ta’Floriana FC. Keep up your good work guys.

    [Reply]

Leave a comment