- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

“Enhancing Performance” kienet it-tema tal-korsijiet tax-xitwa li d-Dipartiment tar-Referis tal-MFA

Posted By Sportinmalta On February 28, 2015 @ 8:09 am In Featured,Football | No Comments

“Enhancing Performance” kienet it-tema tal-korsijiet tax-xitwa li d-Dipartiment tar-Referis tal-MFA organizza dan l-ahhar bi preparazzjoni ghat-tieni fazi tal-kampjonati domestici rispettivi.

Minbarra l-Assistant Referees’ Workshop ghall-assistenti referis, nhar is-Sibt 14 ta’ Frar gie organizzat seminar ta’ gurnata ghar-referis li jikkontrollaw partiti fl-erba’ divizjonijiet tal-kampjonati ewlenin organizzati mill-MFA, jigifieri mill-Kampjonat Premier sat-Tielet Divizjoni.

Fl-introduzzjoni tieghu ghal dan is-seminar, id-Direttur tar-Refereeing Adrian Casha tkellem dwar ir-responsabbilta’ li ghandhom ir-referis li jhejju ruhhom tajjeb ghall-ahhar parti tal-kampjonati rispettivi li matulha jintrebhu jew jintilfu l-unuri. Huwa fisser kif it-tema ta’ dan is-seminar ghandha taghti d-direzzjoni lil kull referi sabiex jaghmel hiltu li jtejjeb lilu nnifsu mill-aspett fiziku, tekniku u psikologiku.

Filghodu Penalty Area Decisions kien l-ewwel suggett trattat minn Kevin Azzopardi, filwaqt li l-Irlandiz John Feigherty ghamel prezentazzjoni dwar Asserting Authority & Maintaining Match Control. Segwew Adele Muscat dwar Mental Toughness in Refereeing u Franz Tabone dwar More Awareness & Guidelines about Match Fixing.

Is-sessjonijiet ta’ waranofsinhar kienu Technical Understanding of the Game minn Stephen Grima, The Need for Quality Training minn Ronald Zammit, Administrative Matters minn Tom A. Restall, Freekick Management u Evaluation of Challenges minn Adrian Casha.

Bejn il-15 u s-16 ta’ Frar sar seminar ghar-referee observers mifrux fuq jumejn, fejn anki l-assessuri tharrgu sabiex itejbu l-livell taghhom waqt li jkunu qed josservaw lill-ufficjali tal-loghba.

Adrian Casha irreveda mar-referee observers il-linjigwidi mehtiega waqt il-hidma taghhom, filwaqt li Victor Mintoff fl-ewwel gurnata kkoordina l-wiri ta’ partita internazzjonali mill-Kampjonat Ewropew 2016 bejn il-Germanja u l-Iskozja u talab lill-partecipanti jaghtu puntegg lir-referi u l-assistenti referi tal-partita.

L-ghada Victor Mintoff ghamel prezentazzjoni bil-marki differenti li nghataw mill-partecipanti u ta l-punteggi ufficjali moghtija mill-UEFA, li mhux necessarjament qablu ma’ dawk moghtija mir-referee observers Maltin. Id-diskussjoni li saret fuq certi incidenti f’din il-partita indikat il-htiega tal-uniformita’ fil-mod kif l-assessuri jinterpretaw id-decizjonijiet mehuda mir-referi u l-assistenti tieghu.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/enhancing-performance-kienet-it-tema-tal-korsijiet-tax-xitwa-li-d-dipartiment-tar-referis-tal-mfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.