Emirates tisponsorja t-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tal-2015 u l-2019
Tuesday, January 28, 2014, 10:40L-ewwel msieħba li ffirmat għat-tournaments fl-Ingilterra u l-Ġappun Emirates, konnettur globali tan-nies u bliet, u Rugby World Cup Limited (RWCL), ħabbru ftehim ta’ sponsorizazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby għas-snin 2015 u l-2019 li ser isiru l-Ingilterra u l-Ġappun respettivament.
Emirates qed testendi l-isponsorship tagħha għall-uffiċjali tal-logħob tal-Bord Internazzjonali tar-Rugby (International Rugby Board) sal-aħħar tal-2019, u li għall-ewwel darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby ser tinkludi d-dritt li jkollha l-emblema tal-Emirates fuq il-flokk tal-uffiċjali tal-logħba waqt it-tournament.
“Il-logħba tar-rugby hi fil-qalba fost in-numru ta’ sponsorships sportivi tagħna. Aħna tajna appoġġ li rugby madwar id-dinja għal iktar minn 20 sena, u ninsabu kuntenti li għinna ngħaqdu mijiet ta’ eluf ta’ dilettanti tar-rugby minn madwar id-dinja permezz ta’ dawn l-attivitajiet,” qal Tim Clark, President tal-linja tal-ajru Emirates.
“Rugby hu sport internazzjonali li jilħaq udejnzi internazzjonali, fosthom hemm klijenti tal-Emirates.
It-tournament tal-2011 fin-New Zealand kien irreġistra xandira rekord, u qed nistennew li ż-żewġ Tazzi tad-Dinja tar-Rugby li jmiss ikunu tal-istess livell jekk mhux akbar. Għall-Emirates, kienet deċiżjoni naturali li tkun l-ewwel Msieħba għall-logħob fl-Ingilterra u l-Ġappun, u bħala l-linja tal-ajru uffiċjali tat-tournament qed inħarsu ’l quddiem biex inwasslu lid-dilettanti innifshom għall-avvenimenti,” qal Clark.
Skont il-ftehim, Emirates ser tkun Worldwide Partner uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby 2015 u 2019, kif ukoll l-linja tal-ajru uffiċjali. Il-logo familjari ‘Fly Emriates’ ser ikun fuq il-flokkijiet
tal-uffiċjali tal-logħba. Filwaqt li l-istess logo ser ikun inkluż mal-istadjums kollha fl-Ingilterra u l-Ġappun fejn ser isiru l-logħob matul it-tournament ta’ sitt ġimgħat.
It-Tazza tad-Dinja tar-Rugby 2015 ser tibda nhar it-18 ta’ Settembru fl-istadium Twickenham f’Londra. S’issa 13-il pajjiż ikkawlifikaw għat-tournament filwaqt li l-aħħar seba’ timijiet għad iridu jkun deċiżi fix-xhur li ġejjien.
Minn Malta Emirates topera titjira skedata kuljum lejn Dubaj. Nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa, l-Ħamis u s-Sibt, ir-rotta minn Malta għanda waqfa qasira f’Larnaka, Ċipru, filwaqt li nhar ta’ Ħadd, it-Tlieta u l-Ġimgħa, il-linja tal-ajru topera titjiriet diretti minn Dubaj għal Malta bit-titjira lura tagħmel waqfa qasira fi Tripli.
Ritratt: Membri tal-ekwipaġġ tal-Emirates jeżebixxu t-tazza Webb Ellis u l-bnadar tal-pajjiżi opsitanti tal-Ingilterra u l-Ġappun, u tal-pajjiżi l-oħra li kkwalifikaw s’issa għat-Tazza tad-Dinja tar-Rubgy 2015.
