Elusive 2 tkompli b’sensiela ta’ rebħ b’suċċess fir-Raymarine Double Handed Figure of Eight

Tuesday, December 10, 2019, 13:59
Elusive 2, misjuqa minn Aaron Podesta u David Anastasi komplew bis-sensiela ta’ rebħ, meta kitbu isimhom fuq it-trofew tar-Raymarine Double Handed Figure of Eight wara r-rebħa tagħhom f’din it-tellieqa iebsa.
Ir-Raymarine Double Handed Figure of Eight hija waħda mit-tlielaq li ilha sseħħ fil-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club. Din seħħet aktar kmieni il-ġimgħa li għaddiet meta l-Uffiċjal tat-tellieqa Peter Dimech bagħat il-flotta fuq korsa ta’ 85 mil nawtiku lejn Kemmuna, madwar Għawdex u lura lejn Filfla u n-Nofsinhar ta’ Malta sal-Port ta’ Marsamxett fejn spiċċat it-tellieqa.
L-ekwipaġġ għamel mill-aħjar li seta’ minkejja l-kundizzjonijiet tat-temp.
Elusive 2 kiseb il-vantaġġ mill-bidu nett, fuq quddiem fil-ħruġ mill-port ta’ Marsamxett. Warajhom kien hemm Xpresso (Sean W Borg / Paul Borg Cardona) u Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele). Dawn it-tlett jottijiet baqgħu f’dawn il-posiżżjonijiet prattikament matul it-tellieqa kollha bl-Elusive 2 fejn tikseb line honours kif ukoll rebħa ġenerali fuq ħin korrett. Elusive 2 spiċċat it-tellieqa f’ħin ta’ disa siegħat, ħames minuti u sittax il-sekonda.
Id-dgħajjes fil-klassi IRC Cruiser kellhom rotta iqsar, ta’ bejn wieħed u ieħor 50 mil. Ir-rotta kienet ta’ figura ta’ tmienja madwar Kemmuna u Għawdex, qabel ma baħħru lura lejn Marsamxett. Kontiki (Matthew Sultana / Joseph B Muscat) kien l-ewwel jott li spiċċa u żamm l-ewwel post fuq il-ħin korrett.
Serata tal-Għoti ta’ Premijiet ospitata minn RLR Yachting Malta, aġenti esklussivi ta’ Raymarine f’Malta, saret ġewwa r-Royal Malta Yacht Club.
Riżultati – Tellieqa Raymarine Double Handed Figure of 8
IRC Racers Overall
L-Ewwel Post – Elusive 2 (Aaron Podesta/David Anastasi)
It-Tieni Post – Xpresso (Sean Borg/ Paul Borg Cardona)
It-Tielet Post – Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele)
IRC Racer 1
L-Ewwel Post – Elusive 2 (Aaron Podesta/David Anastasi)
IRC Racer 2
L-Ewwel Post – Vivace (Andrew Agius Delicata / Matthew Gabriele)
It-Tieni Post – JYS Jan (Daniel Fenech / Matthew Micallef)
It-Tielet Post – JYS Jarhead (Zachary Zammit / Saul Vassallo)
IRC Cruisers Overall
L-Ewwel Post – Kontiki (Matthew Sultana /Joseph B. Muscat)




Leave a comment