Eleonor Bezzina fl-Air Pistol ma tikkwalifikax għall-finali

Thursday, June 2, 2011, 6:00

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Eleonor Bezzina, it-tiratriċi Maltija fil-kompetizzjoni tal-Air Pistol, pattiet qares għal żewġ rounds b’punteġġi baxxi li kisbet waqt il-kwalifikazzjoni u tilfet iċ-ċans li tirbaħ midalja.

Eleonor Bezzina waqt il-kompetizzjoni tagħha. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Eleonor Bezzina waqt il-kompetizzjoni tagħha. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Bezzina kellha finali eċċellenti tant li spiċċat bit-tieni l-aħjar punteġġ ta’ 96.1 u spiċċat b’total overall ta’ 453.1, differenza ta’ 3.7 punti mir-rebbieħa tal-midalja tad-deheb iċ-ċiprijotta Erini Panteli. Il-fidda marret għand l-Iżlanda u l-bronż għand Monaco.

Waqt ir-round finali fejn kienu sparati biss 10 tiri, Bezzina saħansitra kellha l-aħjar punteġġi darbtejn, fir-round tat-tieni tir, 10.6 u fis-sitt round bil-punteġġ ta’ 10.2

Bezzina fl-ewwel dehra tagħha f’dan il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar daħlet għall-aħħar round finali ta’ għaxar tiri b’moral baxx kaġun tar-riżultat miksub fl-ewwel erba’ rounds li poġġiha fi żvantaġġ notevoli mill-ewwel tliet tiraturi.

Eleonor Bezzina kellha rounds ta’ 90, 85, 89 u 93 għal total ta’ 357.4 u b’dan ir-riżultat ikkwalifikat bis-seba’ l-aħjar skor.

Bezzina dehret ferm diżappuntata b’din il-medja aktar u aktar meta wieħed iqis li l-medja tagħha hi ta’ 375 u ċ-ċiprijotta Panteli li temmet l-ewwel fil-kwalifika, għamlet dan bi 373 u kienet ferm fqira fil-finali.

L-avventura tal-isparar  għal Malta issa tintemm b’William Vella li għad fadallu jispara fil-kompetizzjoni tal-prone f’range differenti.

Ritratti minn Roberto Runza www.robertorunza.com





Leave a comment