- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Electrofix Hibs u Caffè Moak Luxol jibqgħu fl-ewwel żewġ postijiet

Posted By sportinmalta1 On March 8, 2016 @ 5:04 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Floriana 32

Gżira Athleta 69

(6-17)(13-13)(7-18)(6-21)

Floriana kellhom lura lil Martha Gatt iżda Nicole Hili u Abigail Sciberras kienu għadhom neqsin. Athleta kellhom lil Chantelle Mifsud assenti iżda rkupraw lil Antoinette Borg u ntroduċew għall-ewwel darba liż-żagħżugħa Marie Elise Pollaco.  Athleta marru fil-vantaġġ bi trippla ta’ Elena Pace u baskets minn Kelly Busuttil. Floriana kellhom il-punti ta’ Gatt però punti ta’ Sharon Vella u Pace raw lill-Athleta jtemmu l-ewwel sessjoni 17-6 minn fuq. It-tieni perjodu kien aktar ibbilanċjat biż-żewġ timijiet jaqsmu bejniethom 26 punt. Floriana kellhom trippla minn Guliana Torpiano u aktar punti minn Gatt. Busuttil kellha żewġ baskets għall-Athleta flimkien ma’ Denise Said Hollier u fl-intervall kienu fuq quddiem 30-19.

Fit-tielet taqsima, Athleta żiedu l-vantaġġ tagħhom wara run ta’ 13-2 bi trippla ta’ Said Hollier u l-punti ta’ Pollaco u Vella għal skor 48-26. Fil-perjodu finali, Athleta kellhom il-baskets ta’ Sarah Cilia flimkien ma’ aktar punti minn Pollaco u trippla ta’ Pace hekk kif bdew b’run oħra qawwija ta’ 15-2. Sa’ tmiem il-partita Floriana kellhom il-punti ta’ Lisa Pace u Vanessa Mifsud Tommasi biex Athleta rebħu l-logħba 69-32.

Floriana: M. Borg, L. Pace 4, N. Arena 5, M. Gatt 10, A. Camilleri 2, V. Mifsud Tommasi 4, G. Torpiano 5, L. Haber, F. Camilleri 2.

Gżira Athleta: M. Elise Pollaco 14, K. Busuttil 9, S. Pisani 2, L. Sciberras, S. Cilia 4, D. Said Hollier 10, A. Borg, R. Sciberras 6, S. Vella 10, E. Pace 14.

Referees: Jennifer Mangani, Alfred Carbonaro.

Caffè Moak Luxol 105

Starlites Naxxar 27

(35-6)(19-2)(23-9)(28-10)

Ic-champions Caffe Moak Luxol kisbu rebħa ieħor kontra Starlites 105-27. Din kienet ir-raba’ partita bejn dawn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun. Starlites kellhom jgħaddu mingħajr Danielle Agius u tilfu wkoll lil Kristy Galea b’injury matul il-logħba hekk kif huma introduċwew għall-ewwel darba lil player żagħżugħa Lena Ferrante. Stephanie Davies u Emma Magrin ukoll kienu wkoll nieqsa għal Sandro Farrugia. Luxol immedjatament ħadu l-kontroll tal-logħba. Huma kellhom punti kontinwi minn Steffi De Martino, Nicole Agius, Martina Darmanin u Paula Ellul hekk kif huma għalqu l-ewwel sessjoni fuq quddiem 35-6. Fit-tieni perjodu, Starlites bdew bl-uniku basket tagħhom minn Jean Doughty. Minn hemm ‘l quddiem kien hemm biss punti ta’ Luxol minn Sarah Pace u trippla ta’ Beverlee Zammit. Luxol kellhom ikoll il-punti tal-captain Mandi Mercieca u ta’ Joselle Cardona li ġiet lura minn injury u sal-intervall kienu 54-8 minn fuq.

Il-logħba kompliet bl-istess pass wara l-intervall. Agius kellha tlett trippli għal Luxol flimkine ma’ aktar punti minn Darmanin u Cristina Sollami. Starlies irrispondew bil-punti ta’ Lindsey Pirotta għal skor ta’ 77-17. Ic-champions skurjaw il-mitt punt b’punti minn Pace hekk kif huma kellom żewġ runs qawwija ta’ 10-0 u 14-0 biex rebħu l-logħba 105-27.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 16, B. Zammit 8, N. Agius 17, J. Borg Cardona 13, M. Mercieca 8, S. De Martino 17, C.Sollami 4, A. Calleja, P. Ellul 6, N. Vella 2, M. Darmanin 14, C. Curmi.

Starlites Naxxar: K. Galea 1, J. Doughty 6, S. Tabone, J. Micallef 3, K. Pirotta 2, A. Demanuele 6, L. Pirotta 7, L. Ferrante 2, K. Zerafa.

Referee: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

Electrofix Hibs 74

Pavi Depiro 48

(15-9)(16-12)(16-13)(27-14)

Electrofix Hibs kisbu mill-ġdid l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Pavi Depiro 74-48. Il-logħba kienet għadha bilanċjata sat-tielet taqsima madankollu żewġ runs minn Hibs tawhom ir-rebħa. Hibs irkupraw lil Elena Cassar u Hannah Al Tumi li tilfu aħħar logħba tagħhom. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Samantha Brincat u Claire Ciantar. Hibs wieġbu bi trippla ta’ Christina Grima flimkien ma’ Josephine Grima. C. Grima għamlet it-tieni trippla tagħha biex fi tmiem l-ewwel sessjoni Hibs kienu 15-9 quddiem. Fit-tieni perjodu Hibs żammew vantaġġ tagħhom stabbli hekk kif kellhom il-punti minn Nadia Mifsud u Greta Costa. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Gaby Mifsud iżda Hibs kienu 10 punti fuq quddiem fil-half-time 31-21.

Wara l-intervall, Hibs żiedu l-vantaġġ tagħhom bil-punti konsekuttivi ta’ J.Grima. Hawn Depiro kellhom tlett trippli konsekuttivi minn Brincat biex naqqsu d-distakk għal ħames punti 30-35. Żewġ baskets fuq kull naħa żammew l-istess distanza iżda mbagħad Hibs għamlu run ta’ 8-0 primarjament minn C. Grima fuq fast breaks biex għalqu l-perjodu b’vantaġġ ta’ 13 –il punt 47-34. Fl-aħħar taqsima, Depiro fetħu bi trippla ta’ Justine Xuereb iżda Hibs wieġbu għal darb’oħra b’run ta’ 8-0 biex kabbru l-vantaġġ għal 18 -il punt u żammew l-kontroll tal-logħba hekk kif għalquha bi break ieħor ta’ 11-0 u ħarġu rebbieħa 74-48.

Electrofix Hibs: J. Scerri 3, E. Cassar, N. Vella, I. Agius 2, J. Grima 8, M. Said 16, C. Grima 32, K. P. Mifsud, N. Mifsud 4, H. Al Tumi, N. Farrugia 2, G. Costa 7.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 14, S. Brincat 21, M. Bonett, C. Camilleri, M. Scicluna, J. Xuereb 7, C. Ciantar 4.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Electrofix Hibs

9

8

1

17

664

342

Caffe Moak Luxol

9

8

1

17

634

337

Gżira Athleta

9

5

4

14

485

441

Pavi Depiro

9

4

5

13

439

474

Starlites

9

2

7

11

304

562

Floriana

9

0

9

9

223

593


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/electrofix-hibs-u-caffe-moak-luxol-jibqghu-fl-ewwel-zewg-postijiet/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.