Electrofix Hibs u Caffè Moak Luxol fil-finali

Saturday, April 9, 2016, 15:31

Kampjonat MSV life Nisa – Playoffs

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 56

Gżira Athleta 44

(17-12)(11-9)(16-6)(12-17)

Electrofix Hibs kisbu post fil-finali tal-kampjonat MSV Life meta kisbu t-tielet rebħa fuq Gżira Athleta 56-44. Athleta rreġistraw l-aħjar skor tagħhom fis-serje kollha tas-semifinali. Hibs minn naħa tagħhom fallew ħafna okkażjonijiet speċjalment minn taħt il-board u ma jaffordjawx li jagħmlu dawn l-iżbalji fil-finali. Hibs fetħu l-logħba b’run ta’ 8-2 b’punti minn Maria Said madankollu Athleta baqgħu viċin bil-punti t’Antoinette Borg u Denise Said Hollier. Christina Grima kellha trippla għall-Hibs hekk kif dawn għalqu s-sessjoni fuq quddiem 17-12. Fit-tieni perjodu Athleta ġabu l-iskor indaqs 19-19 wara break qasir ta’ 7-2. Hibs wieġbu b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Greta Costa u fl-intervall fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 28-21.

Wara l-intervall, Hibs żiedu l-vantaġġ tagħhom hekk kif bdew b’run oħra ta’ 1102 bit-tieni trippla ta’ Costa u punti minn Josephine Grima u Elena Cassar. Athleta kellhom diffikultà biex jagħmlu l-punti għalkemm kellhom trippla minn Leanne Sciberras eżatt ma’ tmiem is-sessjoni għal skor ta’ 44-27. Fl-aħħar sessjoni, Hibs kellhom aktar trippli ta’ minn Cassar u Christina Grima. Tard fil-logħba, Athleta kellhom run ta’ 13-0 bi trippli minn Sciberras u Antoinette Borg u naqqsu d-distakk għal 10 punti. Madankollu ma kienx hemm iktar ħin hekk kif Hibs għalqu l-logħba bill-baskets ta’ Hannah Al Tumi u Said biex rebħu l-logħba 56-44.

Electrofix Hibs: J. Scerri, E. Cassar 14, N. Vella, I. Agius, J. Grima 8, M. Said 10, C. Grima 10, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 4, N. Farrugia, G. Costa 10.

Gżira Athleta: M. Pollacco, M. Debono, K. Busuttil 3, S. Pisani, L. Sciberras 11, S. Cilia, D. Said Hollier 6, A. Borg 14, R. Sciberras 1, S. Vella, E. Pace, C. Mifsud 9.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Caffè Moak Luxol 72

Pavi Depiro 50

(18-15)(16-22)(17-4)(21-9)

Fit-tieni partita, Caffè Moak Luxol rebħu kontra Pavi Depiro 72-50 biex issa jiffaċjaw lir-rivali Hibs fil-finali li mistennija tkun missielta ħafna bejn dawn iż-żewġ timijiet. Iż-żewġ timjiet kellhom bidu kajman hekk kif żbaljaw fl-attakki tagħhom. Depiro marru fuq quddiem bil-punti ta’ Claire Ciantar bil-Luxol jirrispondu biss bil-free-throws. Fil-fatt l-ewwel basket ta’ Luxol wasal minn Steffi De Martino fil-ħames minuta. Luxol kellhom jistennew sad-disa’ minuta biex marru għall-ewwel darba minn fuq wara punti minn Christine Curmi, Paula Ellul u Beverlee Zammit bi trippla biex għalqu s-sessjoni fuq quddiem 18-15. Fit-tieni perjodu Depiro ġabu l-iskor indaqs għal darbtejn wara trippli minn Gaby u Andrea Mifsud. Luxol ukoll kellhom it-trippli tagħhom minn Sarah Pace iżda Depiro kellhom run oħra ta’ 7-0 fosthom trippla oħra minn Mifsud biex daħlu jistrieħu 3 minn fuq 37-34.

Wara l-intervall, Luxol kellhom il-punti kontinwi minn Steffi De Martino hekk kif għal darb’oħra Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ. Din id-darba Depiro ma setgħux jirkupraw hekk kif Luxol żiedu l-vantaġġ tagħhom għal għaxar punti wara baskets min Pace, De Martino u Joselle Borg Cardona. Fl-aħħar perjodu, Luxol aċċertaw aktar mir-rebħa tagħhom meta għamlu run oħra ta’ 13-0 b’aktar punti minn De Martino flimkien mal Curmi u l-captain Mandi Mercieca. Depiro kellhom l-aħħar punti tal-logħba minn Ciantar, Mifsud u Maria Bonett iżda Luxol ħarġu rebbieħa fuq skor ta’ 72-50.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit 3, N. Agius, J. Borg Cardona 8, M. Mercieca 4, S. De Martino 26,  C. Sollami, M. Caruana, P. Ellul 6, N. Vella, M. Darmanin 6, C. Curmi 9.

Pavi Depiro: A. Mifsud 6, G. Mifsud 16, S. Brincat 4, M. Bonett 3, M. Scicluna, J. Xuereb 4, C. Ciantar 17.

Referees: Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.

 

Programm tal-Finali*:

17-04-2015 – 14:45 – Electrofix Hibs vs Caffè Moak Luxol

20-04-2015 – 19:00 – Caffè Moak Luxol vs Electrofix Hibs

24-04-2015 – 14:45 – Electrofix Hibs vs Caffè Moak Luxol

27-04-2015 – 19:00 – Caffè Moak Luxol vs Electrofix Hibs

01-05-2015 – 14:45 – Electrofix Hibs vs Caffè Moak Luxol

08-05-2015 – 14:45 – Caffè Moak Luxol vs Electrofix Hibs

15-05-2015 – 16:30 – Electrofix Hibs vs Caffè Moak Luxol

*Jista’ jkun hemm xi tibdil u wieħed għandu jirreferi għall-paġna ta’ Facebook tal-MBA – https://www.facebook.com/Malta-Basketball-Association-113448038760683/

 

Riżultati preċedenti:

Tazza tal-Indipendenza: Caffè Moak Luxol 22 Electrofic Hibs 34

Shield:  Caffè Moak Luxol 57 Electrofic Hibs 48

Kampjonat (Rd 1): Caffè Moak Luxol 59 Electrofic Hibs 50

Knock-out (Finali): Caffè Moak Luxol 36 Electrofic Hibs 41

Louis Borg Cup (Final1):  Caffè Moak Luxol 51 Electrofic Hibs 45

Louis Borg Cup (Final2):  Caffè Moak Luxol 73 Electrofic Hibs 54

Kampjonat (Rd 2): Caffè Moak Luxol 42 Electrofic Hibs 66





Leave a comment