Electrofix Hibs lura għar-rebħ

Monday, February 15, 2016, 22:09

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 51

Starlites Naxxar 30

(16-4)(8-8)(10-11)(17-7)

Pavi Depiro kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat wara kisbu t-tielet rebħa tagħhom fuq Starlites Naxxar dan l-istaġun. Depiro rkupraw lil Maria Bonett u Samantha Brincat għalkemm spikka r-ritorn ta’ Martina Scicluna wara kważi sentejn ta’ nuqqas minħabba injuries. Depiro kellhom nieqsa lil Tina Mifsud u lil Svetlana Micallef fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Jean Doughty però nkludew għall-ewwel darba lil Michela Scicluna. Depiro għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita minn Claudia Camilleri u Claire Ciantar. Starlites wieġbu b’żewġ baskets minn Samantha Tabone u Kristy Galea qabel ma Depiro komplew bi break ieħor ta’ 10-0 b’żewġ trippli minn Gaby Mifsud u Brincat għal skor ta’ 16-4. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat tant li saru biss 16 –il punt f’parita ta’ 8-8. Starlites kellhom 3 baskets konsekuttivi m però Depiro wieġbu bil-punti ta’ Bonett għal skor ta’ 24-12.

Fit-tielet sessjoni l-partita kompliet bl-istess ritmu bħal ta’ qabilha u Starlites  kellhom trippla ta’ Galea biex naqqsu d-distakk għal disa’ punti. Depiro rrispondew bil-baskets minn Ciantar, Brincat u Bonett u bejniethom kien hemm trippla ta’ Lindsey Pirotta għal Starlites għal skor ta’ 34-23. Depiro marru aħjar fl-aħħar sessjoni hekk kif bdew bi break ta’ 11-0 bi trippla ta’ Brincat. Starlites kellhom il-punti ta’ Galea u Pirotta qabel ma Depiro għamlu l-aħħar żewġ baskets u rebħu l-partita 51-30.

Pavi Depiro: A. Mifsud 4, G. Mifsud 9, S. Brincat 8, M. Bonett 8, C. Camilleri 4, M. Scicluna, J. Xuereb, C. Ciantar 14.

Starlites Naxxar: D. Agius 2, K. Galea 12, K. Pirotta 2, S. Tabone 4, A. Demanuele, L. Pirotta 8, K. Zerafa, S. Davies 2, M. Scicluna.

Referees: Jennifer Mangani, Christine Farrugia.

Floriana 27

Caffè Moak Luxol 91

(5-27)(7-21)(2-14)(13-29)

Luxol kisbu rebħa oħra meta għelbu lil Floriana Cafè Del Mar 91-27. Kif juri l-iskor, il-partita ftit kien fiha storja hekk kif Luxol kienu dominanti sa’ mill-ewwel minuti. Luxol kienu mingħajr Joselle Borg Cardona fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Abigail Sciberras. Luxol bdew bi trippla ta’ Beverlee Zammit u komplew b’run qawwija ta’ 20-2 b’punti minn Sarah Pace, Paula Ellul u Martina Darmanin fost l-oħrajn għal skor ta’ 27-5. Fit-tieni sessjoni Floriana kellhom trippla minn Guliana Torpiano bil-Luxol jirrispondu bil-punti kontinwi ta’ Nicole Agius, Mandi Mercieca u Darmanin biex daħlu jistrieħu 48-12 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol ħallew lil Floriana mingħajr punti sa’ tard fis-sessjoni. Huma għamlu 14 –il punt konsekuttiv ħafna minnhom minn Pace flimkien ma’ Agius u Steffi De Martino għal skor ta’ 62-14. Torpiano kellha trippla oħra fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni għal Floriana. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Ellul, Mercieca u Cristina Sollami biex rebħu l-partita 91-27.

Floriana: M. Borg 2, L. Pace, N. Arena, M. Gatt 12, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, G. Torpiano 6, L. Haber, F. Camilleri, N. Hili 5, E. Cassar 2.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 19, B. Zammit 3, N. Agius 16, J. Borg Cardona 8, M. Mercieca 14, S. De Martino 6, N. Vella, A. Calleja, P. Ellul 14, C. Sollami 8, M. Darmanin 6, C. Curmi 5.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani

Electrofix Hibs 61

Gżira Athleta 47

(12-8)(18-26)(16-8)(15-5)

Electrofix Hibs irkupraw mid-diżappunt tat-tazza Louis Borg u rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat MSV Life meta fl-aktar partita missielta għelbu lil Gżira Athleta 61-47. Hibs kienu mingħajr Hannah Al Tumi fil-waqt li Athleta rkupraw lil Kelly Busuttil. Il-parftita kienet bilanċjata tant li kien biss fl-aħħar sessjoni li Hibs irnexxielhom jieħdu vantaġġ komdu li żammew sat-tmiem. Hibs kellhom run ta’ 10-2 fl-ewwel sessjoni però r-risposta tal-Athleta ġiet bi tlett baskets konsekuttivi għal skor ta’ 12-8. Fit-tieni perjodu Hibs kabbru l-vantaġġ wara t-trippli ta’ Christina Grima. Athleta wkoll kellhom it-trippli tagħhom minn Denise Said Hollier u Antoinette Borg u għamlu run ta’ 14-2 biex marru ħamsa minn fuq 27-22. Hibs irkupraw bil-punti ta’ Josephine Grima però punti ta’ Sharon Vella u Borg ħallew lil Athleta fuq quddiem fl-intervall 34-30.

Fit-tielet taqsima Hibs għal darbtejn ġabu l-iskor indaqs 34-34 u 38-38 u b’baskets ta’ Maria Said u C. Grima b’Leanne Sciberras u Said Hollier iwieġbu għall-Athleta. Kien lejn tmiem is-sessjoni li Hibs għamlu ħames punti mingħajr risposta biex irnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ 46-42. Fl-aħħar taqsima Athleta ma reġgħux ħadu l-vantaġġ hekk kif Hibs fetħu tajjeb bil-punti ta’ Said u J. Grima flimkien ma’ Elena Cassar u Julia Scerri. Athleta wieġbu biss bi free-throw ta’ Chantelle Mifsud u Hibs għaqqdu run oħra ta’ 7-0 biex rebħu l-partita 61-47.

 

Electrofix Hibs: J. Scerri 6, E. Cassar 6, N. Vella, I. Agius, J. Grima 18, M. Said 13, C. Grima 18, K. P. Mifsud, N. Mifsud, K. Caruana, N. Farrugia, G. Costa.

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil 2, S. Pisani, L. Sciberras 9, S. Cilia, D. Said Hollier 14, A. Borg 7, R. Sciberras, S. Vella 12, E. Pace, C. Mifsud 3.

Referees: Stephen Micallef, Christine Farrugia.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

6

6

0

12

417

207

Electrofix Hibs

6

5

1

11

441

239

Honey Athleta

6

3

3

9

320

316

Pavi Depiro

6

3

3

9

299

285

Starlites

6

1

5

7

205

380

Floriana

6

0

6

6

152

407





Leave a comment