Electrofix Hibs jieħdu l-ewwel rebħa fit-tielet partita

Monday, April 25, 2016, 23:03

Kampjonat MSV life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Electrofix Hibs 52

Caffè Moak Luxol 40

(16-5)(15-10)(13-13)(8-12)

Wara li c-champions Caffè Moak Luxol rebħu l-ewwel żewġ partiti, Electrofix Hibernians ġew lura fit-tielet partita biex ħadu l-ewwel rebħa tagħhom fil-finali bil-Luxol jibqgħu 2-1 minn fuq fis-serje finali tal-aħjar minn seba’ partiti. Hibs kellhom lura lil Elena Cassar li kellha kontribut siewi fl-attakk u d-difiża ta’ Hibs din id-darba żammet sod sal-aħħar. Luxol kienu konfużi fl-attakk u l-punti tagħhom fl-ewwel taqsima waslu kollha minn Steffi De Martino bl-eċċezzjoni ta’ basket minn Joselle Borg Cardona. Hibs għamlu l-ewwel disa’ punti tal-partita minn Josephine Grima u Maria Said. Wara l-ewwel basket ta’ De Martino, Hibs komplew b’ħames punti oħra minn Cassar u Grima u wara trippla ta’ De Martino, Hibs għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Said għal skor ta’ 16-5. Fit-tieni perjodu, Hibs kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Cassar, Julia Scerri u trippla ta’ Greta Costa. Luxol komplew jirrispondu permezz ta’ De Martino però Hibs daħlu jistrieħu 31-15 minn fuq.

Fit-tielet perjodu r-risposta ta’ Luxol ma waslitx biex kienu l-Pawlisti li fetħu bi break ieħor ta’ 9-0 bil-punti ta’ Nadia Mifsud, Grima u Cassar. Luxol finalment wieġbu b’żewġ trippli minn Beverlee Zammit u De Martino biex naqqsu xi ftit id-distakk. Hibs kellhom il-punti ta’ Christina Grima u minkejja li Luxol kellhom trippla oħra minn Sarah Pace, Hibs kienu għadhom 44-28 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Hibs reġgħu bdew bi break ta’ 6-2 biex għal darb’oħra fetħu vantaġġ ta’ 20 punt. Lejn tmiem il-partita Luxol kellhom run ta’ 9-0 bil-punti ta’ Mandi Mercieca u Martina Darmanin però kienu għadhom ‘l bogħod mill-avversarji biex Hibs ħadu r-rebħa 52-40.

Electrofix Hibs: J. Scerri 2, E. Cassar 15, N. Vella, I. Agius, J. Grima 13, M. Said 11, C. Grima 6, K. P. Mifsud, N. Mifsud 2, H. Al Tumi, N. Farrugia, G. Costa 3.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 6, B. Zammit 3, N. Agius, J. Borg Cardona 4, M. Mercieca 4, S. De Martino 20,  C. Sollami, A. Calleja, P. Ellul, N. Vella, M. Darmanin 3, C. Curmi 6.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.

Ritratt: Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

Statistika…

Hibs

Free throws – 19 on 35

Baskets – 15 on 39

Three pointers – 1 on 7

Rebounds – 39

Assists – 14

Turnovers – 26

Steals – 15

Fouls Suffered – 29

Fouls Made – 14

Luxol

Free throws – 6 on 13

Baskets – 11 on 40

Three pointers – 4 on 21

Rebounds – 47

Assists – 8

Turnovers – 24

Steals – 13

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 29

 

Ir-raba’ partita: L-Erbgħa 27 ta’ April fis-7:00pm





Leave a comment