Electrofix Hibs jieħdu l-ewwel post wara rebħa fil-konfront dirett

Monday, February 22, 2016, 15:08

minn Colin Schembri

Starlites Naxxar 34

Floriana 26

(17-2)(5-11)(2-8)(10-5)

Bidu qawwi minn Starlites kien biżżejjed għalijom biex jagħmlu d-double fuq it-team ta’ Floriana u ħadu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat. Floriana ppruvaw jirkupraw tul il-partita però qatt ma rnexxielhom li jieħdu vantaġġ. Starlites bdew tajjeb meta għamlu l-ewwel seba’ punti minn Kristy Galea u Danielle Aius. L-uniku basket ta’ Floriana wasal minn Guliana Torpiano qabel ma Starlites komplew b’għaxar punti oħra għal skor ta’ 17-2. Fit-tieni taqsima, Floriana kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Nicole Arena biex naqqsu xi ftit id-distakk u qabel l-intervall kien hemm trippla ta’ Torpiano għal skor ta’ 22-13.

Fit-tielet sessjoni ftit saru punti hekk kif kien hemm shooting żbaljat u turnovers fuq iż-żewġ naħat. Kien lejn it-tmiem li Floriana kellhom żewġ trippli oħra minn Torpiano biex waslu sa’ punt ‘l bogħod qabel basket ta’ Stephanie Davies għal Starlites. Fl-aħħar sessjoni, Davies kompliet b’aktar punti biex Starlites reġgħu kabbru l-vantaġġ. Arena rrispondiet għal Floriana però Starlites kellhom l-aħħar punti minn Agius u Galea biex rebħu l-partita 34-26.

Starlites Naxxar: D. Agius 13, K. Galea 7, J. Doughty, S. Tabone 4, K. Pirotta 2, A. Demanuele, L. Pirotta 4, E. Magrin, S. Davies 6, K. Borg.

Floriana: M. Borg, L. Pace 2, N. Arena 9, M. Gatt 2, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, G. Torpiano 11, L. Haber, F. Camilleri, N. Hili, E. Cassar.

Referees: Jennifer Mangani, Christine Farrugia.

Gżira Athleta 45

Pavi Depiro 55

(11-17)(12-13)(16-10)(8-15)

Pavi Depiro kisbu rebħa b’10 punti biex pattew għat-telfa li kienu ħadu fl-ewwel round biex issa qabżuhom fil-klassifika u jinsabu viċin li jevitaw ir-raba’ post tal-klassifika. Depiro reġa’ kellhom nieqsa lil Tina Mifsud, Petra Montanaro u Svetlana Micallef. Athleta kellhom bidu tajjeb meta bdew bl-ewwel punti minn Sharon Vella u Chantelle Mifsud. Depiro rrispondew bi break ta’ 12-2 fosthom trippli minn Gaby Mifsud u Sam Brincat u sa’ tmiem l-ewwel sessjoni kienu 17-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Depiro komplew iżidu l-vantaġġ għalkemm Athleta kellhom it-trippli minn Denise Said Hollier u Antoinette Borg. Depiro daħlu jistrieħu disa’ punti minn fuq 30-21.

Fit-tielet taqsima, Depiro bdew bi trippla oħra ta’ Mifsud però Athleta kellhom risposta tajba meta għamlu run ta’ 12-3 bil-punti ta’ Borg, Vella u Said Hollier u naqqsu d-distakk għal 3 punti li baqa’ l-istess sa’ tmiem it-taqsima 40-37. Fl-aħħar perjodu ż-żewġ timijiet baqgħu telgħin ras imb’ras b’Depiro jkollhom trippla ta’ Brincat. Depiro għalqu l-partita b’erba’ baskets minn Gaby Mifsud u l-Athleta temmew b’basket minn Leanne Sciberras biex Depiro ħarġu rebbieħa 55-45.

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil, S. Pisani, L. Sciberras 2, S. Cilia, D. Said Hollier 9, A. Borg 18, R. Sciberras, S. Vella 12, E. Pace, C. Mifsud 4.

Pavi Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud 16, S. Brincat 24, M. Bonett, C. Camilleri, M. Scicluna, J. Xuereb 4, C. Ciantar 8.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jennifer Mangani

Caffè Moak Luxol 42

Electrofix Hibs 66

(8-15)(13-23)(12-15)(9-16)

Electrofix Hibs kisbu rebħa mportanti kontra r-rivali Caffè Moak Luxol biex bid-differenza ta’ baskets qabżuhom fl-ewwel post tal-klassifika. Din kienet is-seba’ partita bejn dawn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun u t-tielet rebħa tal-Pawlisti fuq ic-champions. Luxol kellhom nieqsa lil Joselle Borg Cardona fil-waqt li Hibs għadhom mingħajr Hannah Al Tumi. Hibs bdew jieħdu vantaġġ sa’ mill-ewwel minuti fejn marru 8-2 minn fuq. Luxol wieġbu permezz ta’ Steffi De Martino però Hibs komplew b’ħames punti oħra minn Elena Cassar u Greta Costa għal skor ta’ 15-8. Luxol bdew it-tieni perjodu b’żewġ trippli konsekuttivi minn Beverlee Zammit u Mandi Mercieca. Hibs ukoll kellhom trippla minn Costa u komplew b’run oħra ta’ 9-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 27-17. Luxol dehru maħsuda u ma wettqux reazzjoni u Hibs approfittaw bi break ieħor ta’ 11-2 bi trippli ta’ Costa u Josephine Grima bex daħlu jistrieħu 38-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol bdew b’seba’ punti konsekuttivi minn Christina Curmi u Mercieca flimkien ma’ Sarah Pace li kellha partita kwieta. Luxol komplew u naqqsu d-distakk għal 11 –il punt iżda Hibs reġgħu laqtuhom bi break ieħor ta’ 10-0 minn Chrstina Grima u Cassar biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 53-33. Fl-aħħar sessjoni, Luxol waslu biss sa’ 16 –il punt taħt l-avversarji 40-56 però kienu Hibs li għalqu l-partita b’run oħra ta’ 10-2 biex finalment rebħu l-partita 66-42.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 9, B. Zammit 3, N. Agius, M. Mercieca 10, S. De Martino 12, C.Sollami, A. Calleja, P. Ellul, N. Vella, M. Darmanin 2, C. Curmi 6.

Electrofix Hibs: J. Scerri, E. Cassar 9, N. Vella, I. Agius 2, J. Grima 22, M. Said 3, C. Grima 21, K. P. Mifsud, N. Mifsud, N. Farrugia, G. Costa 9.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Electrofix Hibs

7

6

1

13

507

281

Caffe Moak Luxol

7

6

1

13

459

273

Pavi Depiro

7

4

3

11

354

330

Gżira Athleta

7

3

4

10

365

371

Starlites

7

2

5

9

239

406

Floriana

7

0

7

7

178

441





Leave a comment