Electrofix Hibs jerġgħu jegħlbu lil Pavi Depiro

Monday, January 11, 2016, 20:06

Kampjonat MSV life Nisa

minn Colin Schembri

 

Pavi Depiro 39

Electrofix Hibs 76

(11-16)(9-25)(11-17)(8-18)

Electrofix Hibs reġgħu għelbu lil Pavi Depiro din id-darba fil-kampjonat. Depiro kellhom lil coach Adrian Mifsud sospiż u kienet nieqsa wkoll Maria Bonett fil-waqt li Hibs kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Fil-ftuħ tal-partita Depiro kellhom l-uniku vantaġġ tal-partita 5-4 wara punti minn Claire Ciantar u Gaby Mifsud. Hawn Hibs wieġbu bi break ta’ 8-0 bil-punti ta’ Christina Grima, Elena Cassar u Josephine Grima. Depiro kellhom żewġ three pointers minn Mifsud u Samantha Brincat biex naqqsu d-distakk għal punt però qabel intemmet it-taqsima Hibs kellhom żewġ baskets oħra għal skor ta’ 16-11. Hibs bdew it-tieni taqsima b’sitt punti oħra minn C. Grima, Maria Said u Julia Scerri. Iż-żewġ timijiet kellhom trippla kull wieħed minn C. Grima u Brincat qabel ma Hibs komplew bi break ieħor ta’ 14-2 ħafna minnhom minn fast breaks u daħlu jistrieħu 41-20 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Hannah Al Tumi flimkien ma’ Cassar. Depiro rrispondew bi trippla ta’ Tina Mifsud u l-punti ta’ Ciantar bil-Hibs ikollhom trippla oħra minn Grima. Depiro kellhom il-punti ta’ Brincat però Hibs żammew vantaġġ komdu 58-31. Fl-aħħar taqsima minkejja li Hibs wettqu diversi sostituzzjonijiet, huma ħadu kontroll assolut tal-partita meta għamlu run ta’ 12-2 b’diversi punti ta’ Al Tumi flimkien ma’ Nadia Mifsud u Cassar. Depiro waqqfuhom bil-baskets ta’ Svetlana Micallef bil-Hibs jagħlqu l-partita bil-punti taż-żgħażagħ Nicole Vella u Kristy Caruana u rebħu l-partita 76-39.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 4, S. Brincat 8, C. Camilleri, T. Mifsud 5, P. Montanaro, J. Xuereb 4, S. Micallef 4, C. Ciantar 12.

Electrofix Hibs: J. Scerri 6, E. Cassar 18, N. Vella 2, I. Agius 1, J. Grima 4, M. Said 6, C. Grima 21, K. P. Mifsud, N. Mifsud 4, H. Al Tumi 12, N. Farrugia, K. Caruana 2.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic

Starlites Naxxar 25

Caffè Moak Luxol 73

(0-23)(8-16)(6-19)(11-15)

Ic-Champions Caffè Moak Luxol kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Starlites Naxxar 73-25. Starlites kellhom nieqsa lil Kristy Galea però nkludew mill-ġdid lil Katya Zerafa u Nicole Caruana. Għal Luxol irritornat Christina Curmi però kienu nieqsa Mandi Mercieca, Christina Sollami u Greta Costa b’din tal-aħħar tingħaqad ma’ Hibs b’self sa’ tmiem l-istaġun. Luxol iddominaw totalment l-ewwel sessjoni meta ma sofrew l-ebda punt fil-waqt li kellhom 26 punt. Huma kellhom fost l-oħrajn lil Steffi De Martino bi tlett baskets konsekuttivi flimkien ma’ Paula Ellul u Joselle Borg Cardona. Fit-tieni taqsima, Starlites kisbu l-ewwel punti tagħhom minn Lindsey Pirotta bil-Luxol ikomplu b’run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Sarah Pace u Nicole Agius biex daħlu jistrieħu 39-8 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol reġgħu għamlu run ta’ 12-0 bil-punti ta’ Sarah Pace flimkien ma’ Sophie Abela u Curmi. Starlites wieġbu b’baskets ta’ Jean Doughty u Danielle Agius għal skor ta’ 58-14. Fl-aħħar taqsima wara li Starlites kellhom żewġ baskets minn Pirotta u Agius, Luxol għamlu tlett trippli konsekuttivi minn De Martino u tnejn ta’ Beverlee Zammit. Caruana wkoll kellha trippla għal Starlites bil-Luxol itemmu l-partita bil-punti ta’ De Martino u rebħu l-partita 73-25.

Starlites Naxxar: D. Agius 6, K. Zerafa, S. Tabone, N. Caruana 3, A. Demanuele, L. Pirotta 6, J. Doughty 6, E. Magrin 2, S. Davies 2, K. Borg.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit 10, N. Agius 3, J. Borg Cardona 5, S. De Martino 25, S. Abela 4, P. Ellul 11, A. Calleja, M. Darmanin 1, C. Curmi 4.

Referees: Stephen Micallef, Jennifer Mangani

Gżira Athleta 72

Floriana 28

(25-1)(12-8)(18-9)(17-10)

Gzira Athleta ukoll irnexxielhom jiksbu rebħa faċli kontra Floriana 72-28. Floriana kellhom xi plejers regolari nieqsa inklużi Yanika Agius, Martha Gatt u Giuliana Torpiano. Athleta ma kellhomx problemi ta’ formazzjoni u fetħu l-logħba b’mod qawwi hekk għamlu run ta’ 16-0 b’punti minn Antoinette Borg, Leanne Sciberras u Denise Said Hollier fost l-oħrajn. Floriana kellhom l-uniku punt tagħhom jasal minn free-throw ta’ Lisa Pace qabel run oħra ta’ 9-0 minn Athleta bil-punti ta’ Chantelle Mifsud u Sharon Vella. Fit-tieni sessjoni, Athleta kellhom aktar punti minn Kelly Busuttil u Raissa Sciberras. Floriana kellhom żewġ baskets konsekuttivi minn Abigail Sciberras u Nicole Hili però Athleta għalqu t-taqsima b’punti minn Mifsud u Sciberras għal skor ta’ 37-9 fl-intervall.

Fit-tielet perjodu, Floriana kienu aktar fil-logħba speċjalment fl-ewwel minuti hekk kif kellhom konsekuttivi minn Pace. Madankollu, Athleta rrispondew b’run oħra ta’ 14-0 b’diversi fast breaks konklużi b’mod pożittiv minn Sharon Vella biex għalqu s-sessjoni fuq quddiem 55-18. Fl-aħħar taqsima, Floriana kellhom punti minn Sciberras u Hili. Athleta komplew b’run oħra ta’ 11-0 b’aktar punti minn Busuttil fil-waqt li Nicola Arena kellha trippla għal Floriana. Vella u Elena Pace għamlu l-aħħar punti tal-logħba biex Athleta li rebħu l-logħba 72-28.

Gżira Athleta: M. Debono 2, K. Busuttil 15, S. Pisani, L. Sciberras 6, S. Cilia, D. Said Hollier 8, A. Borg 6, R. Sciberras 2, S. Vella 17, E. Pace 4, C. Mifsud 12.

Floriana: M. Borg, L. Pace 9, N. Arena 4, A. Camilleri, N. Hili 7, A. Sciberras 4, F. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, E. Cassar 2.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

4

4

0

8

259

130

Hibs

4

3

1

7

280

159

Honey Athleta

4

3

1

7

223

188

Pavi Depiro

4

1

3

5

202

224

Starlites

4

1

3

5

142

229

Floriana

4

0

4

4

94

270





Leave a comment