- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Electrofix Hibs jerbħu in-Knock out għas-sittax –il darba

Posted By sportinmalta1 On February 1, 2016 @ 9:42 am In Basketball,Featured | No Comments

ST. JAMES HOSPITAL KNOCK-OUT NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 36

Electrofix Hibs 41

(6-9)(8-10)(14-7)(8-15)

 Electrofix Hibs irritornaw għar-rebħ ta wieħed mill-unuri maġġuri tal-basketball lokali meta fil-finali tas-St. James Hospital knock-out għelbu lil Caffe Moak Luxol 41-36. Hisb rebħu din il-kompetizzjoni għal sittax –il darba fl-istorja tagħhom u dan kien it-tieni unur tagħhom dan l-istaġun wara r-rebħ tat-tazza tal-Indipendenza. Kif juri l-iskor, il-partita kienet waħda fejn id-difiżi fuq iż-żewġ naħat spikkaw fuq l-attakki rispettivi. Iż-żewġ timijiet ftit setgħu jinfdu gewwa ż-żona, u meta rrikorrew għat-three pointers, xejn ma kienu preċiżi tant li sar three pointer wieħed fuq iż-żewġ naħat minn 31 tentattiv. Christina Grima mexxiet lil Pawlisti għar-rebħa u kienet ivvutata bħalha l-MVP tal-partita. Hibs għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita b’baskets minn C. Grima, Josephine Grima u Maria Said. L-ewwel punti ta’ Luxol waslu fil-ħames minuta minn Steffi De Martino bil-Hibs iwieġbu bil-punti ta’ C. Grima u għalqu t-taqsima 9-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol naqqsu d-distakk wara baskets minn Sarah Pace u Christina Curmi. Hibs kellhom il-punti minn Said u J. Grima u żewġ baskets miż-żagħżugħa Julia Scerri biex daħlu jistrieħu 19-14 minn fuq.

Luxol urew l-aħjar ideat fit-tielet sessjoni u erba’ punti konsekuttivi ta’ Sarah Pace ressquhom punt taħt l-avversarji 18-19. Hibs kellhom 2 free-throws minn J. Grima però Luxol kellhom seba’ punti konsekuttivi minn De Martino, Pace u Paula Ellul biex għall-ewwel darba marru minn fuq 26-23. Hibs ippareġjaw bil-punti ta’ C. Grima però żewġ free-throws ta’ De Martino raw lil Luxol jibdew l-aħħar taqsima basket minn fuq 28-26. Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ bi break ta’ 7-2. Luxol wieġbu bl-unika trippla tal-partita minn Sarah Pace u punti fuq kull naħa ħallew liż-żewġ timijiet f’parita 36-36 fl-aħħar minuta. Sa’ tmiem il-partita Hibs kellhom l-aħħar free-throws minn C. Grima u Said b’din tal-aħħar tagħmel l-aħħar basket fuq fast break biex Hibs rebħu l-partita 41-36. Fi tmiem il-partita, is-sinjura Maria Bugeja direttriċi ta’ St. James Hospital ippreżentat it-tazza lil captain ta’ Hibs Nadia Mifsud fost il-ferħ tal-players, diriġenti u s-supports tat-team ta’ Raħal Ġdid.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 12, B. Zammit, N. Agius, J. Borg Cardona 2, M. Mercieca 3, S. De Martino 12, N. Vella, P. Ellul 5, A. Calleja, M. Darmanin, C. Curmi 2.

Electrofix Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar, N. Vella, I. Agius, J. Grima 9, M. Said 10, C. Grima 16, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 2, N. Farrugia, G. Costa.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

Ritratti: Andrew Large: MPC Photography – https://www.facebook.com/mpcphotographers/?fref=ts


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/electrofix-hibs-jerbhu-in-knock-out-ghas-sittax-il-darba/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.