Edward Xuereb u Chris Fenech rebħu l-midalja tal-Bronz fil-kategorija tagħhom fil-Youth European Tour

Tuesday, September 10, 2019, 13:17

Xuereb li għandu 15-il sena u Fenech li għadu kif għalaq 13-il sena, spiċċaw fit-tielet post fil-kategoriji tagħhom.

Fi Grupp B, Xuereb ikkwalifika għall-finali fil-ħames post flimkien ma’ Dwayne Zahra ta’ 14-il sena li kkwalifika fis-sitt post.  Filwaqt li Zahra tilef fil-kwarti tal-finali kontra George Jagger u spicca kkwalifikat fil-ħames post, Xuereb għeleb lil Matthew Streak 2-0 biex għadda għas-semifinali. Hemm kellu lagħab kontra l-favorit Dan Harding, fejn tilef żewġ logħbiet ferm missielta.  Fi grupp B, Fenech lagħab żewġ logħbiet b’medja ta’ 210, biex għeleb lil Charlie Upton, iżda wara tilef kontra Frank Stephenson li baqa’ sejjer biex rebaħ il-midalja tad-deheb.

Dawn kienu parti minn grupp ta’ 8 żgħażagħ Maltin fost iktar minn 100 plejer barrani u inkludew lil Juliana Bonanno, ( Grupp A,  ħames post, medja ta’ 189), Matthew Magro, (9 post, Grupp Ċ, medja ta’ 213), Nicholas Muscat, Grupp B, medja ta’ 197), Miguel Xuereb (Grupp Ċ, medja ta’ 189) u Sara Xuereb,(Grupp Ċ, medja ta’ 189).

Il-YET li jmiss ser isir fil-Belġju fl-aħħar ta Ottubru.





Leave a comment