Edmond Grech mill-Waterpolo għal Segretarju ta’ Marsaxlokk

Friday, June 24, 2011, 22:13

minn Sandro Micallef

Edmond Grech

Sa fl-aħħar imtela’ l-post ta’ Segretarju Ġenerali tal-Klabb tal-Football ta’ Marsaxlokk li ilu vakanti għal dawn l-aħħar xhur. Din il-kariga issa ġiet fdata liż-żagħżugħ Edmond Grech li hu minn dan ir-raħal ta’ Marsaxlokk. Grech hu magħruf l-iktar mal-ixxlukkajri għall-ħidma tiegħu fil-passat mat-team tal-waterpolo ta’ Marsaxlokk fejn flimkien ma’ missieru kienu l-pilastri ewlenin tal-organizazzjoni ta’ dan it-team tal-waterpolo li sfortunatament jidher li ġie xolt għalissa.

Edmond Grech inħatar Segretarju fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Marsaxlokk li saret nhar it-Tnejn li għadda.

Fil-Laqgħa Ġenerali annwali ta’ Marsaxlokk F.C. (li għaliha attendew numru sabiħ ta’ membri fejn dawn ipparteċipaw bis-sħiħ fid-diskussjonijiet) ġie kkonfermat ukoll Robert Micallef bħala President.

Fil-laqgħa ġie maħtur il-kumitat il-ġdid li huwa kompost minn:

President            Robert Micallef

Viċi President     Joseph Bugeja

Segretarju           Edmond Grech

A/Segretarju       Anthony Lee Baldachino

Kaxxier                Carmelo Grech

A/Kaxxier           Jason Vella

Membri:  Thomas Zahra, Andy Caruana, Daniel Zerafa, Adrian Baldachino, Mirko Fenech u Saviour Bonnici.

Fi stqarrija għall-istampa il-Klabb qal li wara li Patrick Curmi ingħaqad bħala kowċ ma’ B`Bkara, il-kumitat beda jfittex  sabiex jingaġġaw kowċ. Il-kumitat il-ġdid mill-ewwel kompla bil-ħidma tiegħu fejn saru xi laqgħat ma’ Winston Muscat li ġie konfermat il-kowċ  ġdid il-ġdid ta Marsaxlokk F.C. bl-assistant ikun Darren Abdilla.

Il-kumitat wasal ukoll fi ftehim ma’ Floriana FC sabiex il-plejer Christian Cassar li l-istaġun l-ieħor kien misluf lill-istess Floriana, jiġi trasferit b’mod permanenti ma’ Floriana FC.

L-istqarrija kompliet tgħid li bħalissa qed tkompli l-ħidma tal-kumitat sabiex tissaħħaħ l-iskwadra għall-istaġun li ġej.





1 Comment

  1. KARL IZZO says:

    Prosit Edmond….all the best of luck!

    [Reply]

Leave a comment