Edizzjoni oħra tar-Racket Tournament fir-Rabat,Għawdex

Friday, May 10, 2013, 14:57

Disa’ u tletin atleta pparteċipaw waqt edizzjoni oħra tar-Racket Tournament li sar ġewwa l-Kumpless Sportiv fir-Rabat Għawdex nhar l-1 ta’ Mejju 2013 li kienet Btala Pubblika.

 

Dan il-kampjonat kien jinkludi kompetizzjonijiet fuq forma ta’ knock-out f’erba’ dixxiplini sportivi li jintlagħbu bir-racket – Table u Lawn TennisBadminton u Squash.  Ir-rebbieħa f’dan il-kampjonat  huma: George Camilleri li rebaħ is-sezzjoni tal-Lawn Tennis, Jason Vassallo li rebaħ is-sezzjoni tat-Table Tennis, Mark Sacco li rebaħ is-sezzjoni ta’ l-iSquash, filwaqt li Xavier Wambergue u Julie Wiltshire rebħu s-sezzjoni tal-Badminton (Doubles) rispettivament.

 

Matul is-sena fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex isiru bosta kompetizzjonijiet sportivi u seminars.  Ta’ min isemmi s-seminar nazzjonali tal-Arti Marzjali f’Ottubru u l-kampjonat tal-Futsal f’Lulju.  Ukoll fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex, darbtejn  fil-ġimgħa numru ta’ adulti jipparteċipaw fi klassijiet ta’Pilates, Aerobics u Fitness filwaqt li kull nhar ta’ Sibt qed jissoktaw is-sessjonijiet ta’ Skola Sports. Fi Skola Sports jiġu mgħallma tlettax il-dixxiplina sportiva lil madwar 280 student li l-età tagħhom tvarja bejn ħamsa u tlettax il-sena. Dan l-aħħar Skola Sports nediet inizjattiva b’risq Puttinu Cares fejn l-istudenti taw donazzjoni b’risq Puttinu waqt li attendew għal ġurnata Tracking.  Għal din l-attività attenda wkoll il-Ministru għal Għawdex, Dr. Anton Refalo.

 





Leave a comment