EBSA 2017 Under-21 Tournament: Iż-żewġ plejers Maltin eliminati

Wednesday, March 15, 2017, 13:30

Gavin Muscat

Iż-żewġ plejers Maltin li qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker ta’ Taħt il-21 sena sfaw eliminati. Dan il-Kampjonat qed jintlagħab gewwa Nicosia, Cipru u jintemm il-lum meta tintlagħab il-Finali.

Isaac Borg nhar il-Ġimgħa filgħaxija safa eliminat fl-istadju tal-gruppi meta fil-logħba decisiva kontra Ben Sharif tal-Isvezja huwa tilef bl-iskor ta’ 3-2. B’hekk kien il-plejer Svediz li kkwalifika għall-fazi finali.

Brian Cini spiċċa l-logħob tiegħu fil-grupp bi tliet rebhiet minn erbgħa logħbiet biex ġie kklassifikat it-tieni fil-grupp u kkwalifika għal mal-aħħar 54. F’dan ir-rawnd huwa ltaqa’ kontra l-plejer Franciz Nicolas Mortreux fejn hareg rebbieħ bl-iskor ta’ 4-0. Fl-aħħar 32 Cini lagħab kontra l-plejer Ingliz Lewis Gillen u f’logħba eċċitanti huwa hareg rebbieħ bl-iskor ta’ 4-3, logħba li giet deciza fuq il-boċċa s-sewda biex għadda għall-aħħar 16. Hawnhekk huwa ltaqa’ kontra c-Cħampion Ewropew il-gdid ta’ Taħt it-18 il-sena Jackson Page ta’ Wales b’dan tal-aħħar joħroġ rebbieħ 4-0.

Intant erba’ plejers ohra Maltin illum ħallew Malta biex jingħaqdu ma’ Brian Cini u minn għada jibdew jiehdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li ser jintlagħab fl-istess post gewwa Nicosia. Dan il-Kampjonat jibda għada u jibqa’ sejjer sa nhar il-Hadd li gej u fih ser jiehdu sehem 116 il-plejer minn 35 pajjiz Ewropew bir-rebbieħ jirbah id-dritt biex għas-sentejn li gejjin jiehu sehem fil-Main Tour għall-plejers professjonali organizzat mill-World Snooker Association.

Malta se tkun irrappreżentata minn ħames plejers li huma c-Cħampion lokali Brian Cini, Duncan Bezzina, Aaron Busuttil, Jason Peplow u Joseph Casha.

L-avversarji tal-plejers Maltin f’dan il-Kampjonat ikunu magħrufa aktar tard illum meta jittellgħu l-poloz.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Brian Cini and Isaac Borg





Leave a comment