Dyson Falzon jittrenja mill-ewwel ma’ Ħamrun… jitkellem Daniel Sullivan

Wednesday, January 26, 2011, 8:43

minn Cristian Muscat.

Dan is-sit illum iltaqa’ ma’ Dyson Falzon li ngħaqad ma’  Ħamrun Spartans b’ self sa tmiem l-istaġun. Falzon twieled fid-9 ta’ Marzu tal-1986. Beda l-karriera tiegħu ma’ Sirens qabel ingħaqad ma’ Mosta u Valletta rispettivament. Id-deċiżjoni li jingħaqad ma’ Ħamrun kienet tieghu minħabba l-fatt li ma kienx qed jigi utilizzat b’ mod regolari minn Valletta.

Dyson Falzon hekk kif ingħatalu l-kit ta' Ħamrun u l-flokk numru 20

Dyson Falzon hekk kif ingħatalu l-kit ta' Ħamrun u l-flokk numru 20

Malli Valletta proponewlu li jingħaqad ma’ Ħamrun huwa aċċetta mal-ewwel. F’ isem il-club ta’ Ħamrun li issa huwa jifforma parti minnu huwa qal li l-aspirazzonijiet tahhom għal dan l-istagun huma li jilghabu fiċ-Championship Pool. Għalkemm huwa qal li kien diffiċli li jitlaq lil Valletta, jinsab entuzjażmat ħafna b’ din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu mat-tim ta’ Ħamrun.

Huwa lagħab l-aħħar logħba ma’ Valletta f’ dan l-istaġun meta daħal jilgħab fit-tieni taqsima eżattament fit-72 minuta fid-draw ta’ 0-0 kontra Marsaxlokk nhar is-Sibt li għadda.
 
F’dan l-istaġun huwa dejjem daħal bħala sostitut ma’ Valletta ħlief għal-logħba waħda kontra Vittoriosa Stars fejn kien sospiż. Ironikament Falzon tkeċċa kontra l-istess Ħamrun meta kien għadu ma’ Valletta fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat BOV Premier ta’ din is-sena. Falzon mistenni jagħmel id-debutt tiegħu mal-Ispartans nhar il-Ġimgha li ġej fil-partitissima kontra Marsaxlokk – għalhekk Falzon ħa jkun qe jilgħab kontra Marsaxlokk għal darbtejn f’ sitt ijiem meta diħa’ lagħab kontrihom fi tmiem il-ġimgha ma’ Valletta.
 
sportinmalta.com tkellem ukoll mal-President ta’ Ħamrun Spartans Daniel Sullivan li rigward it-trasferiment ta’ Ryan Fenech ma’ Valletta qal li kienet ix-xewqa ta’ Fenech stess li din is-sena ma jilgħabx ma’ Hamrun. Sullivan iltaqa’ ma diversi klabbs rigward il-possibilta’ li Fenech jingħaqad ma’ xi tim mill-Premier iżda l-ahjar offerta kienet minghand Valletta. Huwa kkonferma wkoll li Floriana għamlu offerta sostanzjali ta’ flus imma l-iktar pakkett attraenti kien dak ta’ Valletta. Ryan Fenech innifsu wkoll xtaq li jilgħab ma’ Valletta. Huwa sostna li huma viċin li jiffirmaw plejer Bulgaru li bhalissa qiegħed bi prova magħhom fejn attenda għall-ewwel sessjoni ta’ taħrig mal-Ispartans il-bierah kif ukoll aċċertaw ruħhom mill-fatt li Massimo Grima se jibqa’ magħhom sa Mejju ta’ l-2012 għall-ebda ħlas addizzjonali lil Valletta.





3 Comments

  1. BELTI, LANQAS MEJJET ! says:

    Pass biss il-boghod mill-Bernabeu issa qieghed, hallina Ryan.

    [Reply]

  2. Belti says:

    Welcome ma’ l-ikbar tijm f’Malta. Ghamilt ghazla ghaqlija.

    [Reply]

  3. andre says:

    good luck siehbi

    [Reply]

Leave a comment