Dwayne Zahra u Chris Fenech jispikkaw fil-Youth London International tal-Bowling ta’ taħt it-23 sena

Tuesday, July 30, 2019, 12:11

Zahra u Fenech kellhom prestazzjoni tajba ferm, fejn għaddew dritt ghall-aqwa sittax minn iktar minn 110 plejer, minn ħames nazzjonijiet Ewropej, biex b’hekk evitaw l-ewwel rawnd ta’ eliminazzjonijiet fil-finali tal-Ħadd li għadda.

Kemm Zahra u kemm Fenech rebħu żewġ logħbiet u tilfu waħda fil-logħob dirett, biex sfortunatament kellhom jilagħbu kontra xulxin fejn it-tellief kellu jinqala’. Lewwel logħba kienet ferm missielta fejn rebaħ Fenech, iżda Zahra lagħab logħba tajba ta’ 215 fit-tieni logħba biex rebaħ lil sieħbu ta’ sena iżgħar minnu u b’hekk għadda għall-aħħar sitta. Hemm kellu jilgħab kontra Ki Leighfield, u wara li Zahra żammu dro fl-ewwel logħba, Leighfield lagħab logħba kbira ta’ 248 biex b’hekk Zahra spiċċa fis-sitt post. Leighfield baqa’ sejjer biex rebaħ it-turnament.

Fenech spiċċa kkwalifikat fit-13-il post kif ukoll fit-tieni post tal-plejers ta’ 13-il sena jew iżgħar. Oħtu Kathryn sfortunatment ma rnexxiliex tasal sal-finali.





Leave a comment