Duncan Micallef u Yazmin Zammit Stevens jirbħu l-unuri tal-Isportiv u Sportiva tas-Sena

Sunday, February 18, 2018, 18:26
Duncan Micallef u Yazmin Zammit Stevens rebħu l-unuri prinċipali tal-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali hekk kif rebħu l-kategoriji tal-Isportiv u Sportiva tas-Sena 2017.
Micallef kellu sena tajba meta rebaħ il-kampjonat Ewropew u sar champion tal-European FIA Top Fuel Dragster u kien l-iktar sewwieq veloċi fl-Ewropa. Zammit Stevens min naħa tagħha kkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja f’kompetizzjoni internazzjonali għall-Malta f’dan l-isport. Matul is-sena 2017 hi kisret ‘il fuq minn 30 rekord nazzjonali.
Dawn l-Isportivi Nazzjonali ilhom isiru mis-sena 1960  u din tal-bieraħ kienet it-58 edizzjoni. Hekk kif sar fl-aħħar snin is-serata tal-bieraħ kienet organiżżata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ SportMalta.
Ir-rebbieħa tal-unuri l-oħra huma dawn:
ŻAGĦZUGĦ TAS-SENA
Edward XUEREB – Malta Tenpin Bowling Association : Ta’ 13-il sena matul l-2017  rebaħ il-kompetizzjoni nazzjonali riservata għall-bowlers taħt is-16 -il sena u kiseb rizultati tajba fix-xena internazzjonali.
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
Sara XUEREB – Malta Tenpin Bowling Association : Rebħet żewġ midalji tad-deheb fit-Tazza tal-Pajjiżi ż-Żgħar tat-Tenpin Bowling fis-singles kif ukoll fuq livell ta’ team. Kisbet suċċess ukoll fil-kampjonat tal-Mediterran.
UFFIĊJAL TAS-SENA
Paul SULTANA – Malta Basketball Association:  President tal-MBA. Strumentali fl-amministrazzjoni tal-MBA u l-moħħ wara l-binja ta’ court ġdid u l-modernizzar tal-Padiljun eżistenti.
COACH TAS-SENA
Angela ADAMOLI – Malta Basketball Association : Kowċ Taljana ilha tmexxi lit-tim nazzjonali Malti tan-nisa għal dawn l-aħħar seba’ snin. Matul is-sena li għaddiet dan it-tim kiseb il-midalja deheb fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f’San Marino. Aktar qabel l-istess tim spiċċa fl-ewwel post tal-FIBA Division C European Championships.
TEAM TAS-SENA 
San Ġiljan ASC: It-tim tal-waterpolo ta’ San Giljan iddomina x-xena tal-waterpolo lokali fl-2017 fejn rebaħ erba’ unuri, il-Kampjonat tax-Xitwa, il-Kampjonat tas-Sajf u il-Kompetizzjoni tan-Knock u t-Tazza tal-President. Tul dawn is-suċċessi it-tim rebaħ il-partiti kollha li lagħab.
SPORTIV TA-SENA
Duncan MICALLEF – Malta Motorsport Federation u Malta Drag Racing Association : Huwa ċ-champion tal-European FIA Top Fuel Dragster u msejjaħ bħala l-iktar sewwieq veloċi fl-Ewropa. Micallef rebaħ tliet rawnds konsekuttivi waqt il-FIA European Top Fuel Drag Racing Championships li saru fl-2017 sabiex rebaħ it-titlu ta’ Champion Ewropew tas-sena 2017.

SPORTIVA TAS-SENA                                                                                                                      Yazmin ZAMMIT STEVENS – Malta Weightlifting Association : Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja f’kompetizzjoni internazzjonali. Fl-Open ta’ Llubljana kisbet il-midalja tal-fidda u kisret  ‘il fuq minn 30 rekord nazzjonali fis-sena 2017.

L-Unur tal-People’s Choice Award din is-sena mar għand il-Ġinnasta Ella Borg, filwaqt li l-Malta Racing Club rebħu l-unur tal-aħjar attivita’ internazzjonali tas-sena organiżżata fl-2017 meta ospitaw il-kampjonat tan-Nisa tat-tiġrijiet taż-żwiemel bis-serkin bil-parteċipazzjoni ta’ 19 -il pajjiż, avveniment li kien l-avveniment uffiċjali sportiv waqt il-Presidenza Ewropea ta’ Malta.
Rodney Gauci li jilgħab il-Football u Yowanna Vassallo li tilgħab il-Bocce ingħataw ir-rikonoxximent bħala l-aħjar atleti ta’ Special Olympics matul is-sena 2017.
Il-Mistiedna speċjali tas-serata kienet l-atleta Paralimpika taljana Giusy Versace.
Ritratti annessi: Joe Borg

Aktar ritratti minn dan il-link fuq facebook:





Leave a comment