Duncan Micallef jinqala fl-ewwel round ta’ eliminazzjonijiet ġewwa l-Iżvezzja

Monday, August 28, 2017, 10:24

Anita Makela iċ-Ċhampion renjanti ta l-għola klassi tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing, magħrufa bħalha Top Fuel Dragster eliminat lis-sewwieq Malti Duncan Micallef fl-ewwel round ta eliminazjonijiet tal Ħames round ta l-istess kampjonat. Micallef xorta għadu jżomm postu fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat iżda dan jfisser li it-tellieqa ser tibqa miftuha sas-sitt u l-aħħar round tal-Kampjonat li ser isir ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra nhar is-Sibt u l-Hadd 9 u 10 ta Settembru fejn Duncan huwa mistenni kompetizzjoni ħarxa minn Antti Horto li rebaħ illum ġewwa l-Isvezzja u li qieghed fit-tieni post fil-kampjonat.

Segwi it-tellieqa bejn Anita u Duncan f’dan il-filmat

https://www.facebook.com/511726012223502/videos/1541931802536246/

Kaysie Wood is-sewwieq tad-drifting li qieghed jikkompeti fil-kampjonat tad-drifting ġewwa l-Ingilterra jidher li għal darb oħra esperjenza xi diffikultajiet ġewwa l-Iskozzja u jispera li dawn jiġu megħluba fil-ħames round ġewwa Teeside.

Is-Sebgħa xufiera li ikkompetew ġewwa Chiaramonte fi Sqaliija jidher li b’md ġenerali kollha marru tajjeb; Noel Galea – l-ewwel fil-klassi, l-ewwel fil Group kif ukoll l-iktar salon li qatt kompetit f’din it-tellieqa li jsir 60 sena. Mark Micallef – l-ewwel fil-klassi u il-ħames mill-mitejn u erbgħa karozzi li ikkompetew, James Dunford – it-tielet fil-klassi u il-ħdax mill-kompetituri kollha, Edwar Calleja – l-ewwel fil-klassi u it-tielet fil-grupp, Didier Bugeja – It-tielet fl-iktar klassi kompetittiva, l-iktar klassi li kellha kompettitur u is-sitta fil-grupp tieghu. Joe Anastasi għal-darboħra gie l-ewwel fil-klassi tieghu u is-sitta fil-grupp. Etienne Grech – kellhu jirtira wara it-tieni round minħabba xi ħsarat.





Leave a comment