Duncan Bezzina jirbaħ it-tielet ranking tournament tal-istaġun

Monday, April 11, 2016, 20:05

Duncan Bezzinajirbaħ it-tielet ranking tournament tal-istaġun organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association

Gavin Muscat

Duncan Bezzina li jilgħab mal-Kazin tal-Banda La Vincitrice tal-Isla rebah it-tielet ranking turnament tas-snooker ta’ dan l-istagun meta fil-Finali li ntlgħabet nhar il-Gimgħa gewwa l-Kazin tal-Banda San Guzepp, Haz-Zebbug huwa għeleb lil Alex Borg tal-Klabb Juventutis Domus, Zejtun bl-iskor ta’ 5-4.

Kien Borg li beda tajjeb f’din il-Finali meta rebah l-ewwel zewg frames izda Bezzina rebah iz-zewg frames ta’ wara għal skor ta’ 2-2 qabel l-interval. Meta rega’ beda l-logħob Bezzina mar 3-2 minn fuq izda Borg ippareggja bir-rebh tas-sitt frame. Iz-zewg frames ta’ wara nqasmu għal skor ta’ 4-4 biex kollox gie deciz fl-ahhar frame li Bezzina rebħu bil-punteġġ ta’ 57-49.

L-iskor tal-frames, Bezzina l-ewwel kienu: 46(40)-68, 39-64(48), 72-0, 73(55)-0, 65-40(40), 4-88(58), 87(66)-35, 15-56, 57-49.

Il-Finali kienet ikkontrollata mir-referee Joe Debono.

Wara l-logħba, is-Sur Neville Chetcuti, PRO tal-Malta Billiards & Snooker Association ipprezenta t-trofej liz-żewġ finalisti.

Is-Sur Neville Chetcuti jipprezenta t-trofew lil Alex Borg

Is-Sur Neville Chetcuti jippreżenta t-trofew lil Duncan Bezzina

Iż-żewġ plejers flimkien mar-referee





Leave a comment