Duncan Bezzina huwa ċ-ċampjin nazzjonali tal-isnooker

Monday, May 13, 2019, 7:45

Duncan Bezzina huwa ċ-ċampjin nazzjonali tal-isnooker meta fil-finali għeleb lil Aaron Busutill bil-punteġġ ta’ 6 frames kontra 4, finali fuq l-aħjar minn 11-il frame.

F’din il-finali, li kienet irreffjata minn Ivan Brincat, Busutill għamel żewġ brejks ta’ 99 u 60, filwaqt li Bezzina għamel brejk ta’ 69.

Din kienet ir-raba’ darba li Bezzina rebaħ dan l-unur.

Fis-semi-finali,Duncan Bezzina għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’ 5-3, filwaqt li Aaron Busutill għeleb lil Alex Borg 5-4.

 





Leave a comment