- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Dragster Europe: Kalanc Team Isiru Champions Ewropej

Posted By Sportinmalta On September 13, 2014 @ 8:00 am In Featured,Motorsport | No Comments

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jawgura lil Chris Polidano u Kalanċ Team tar-rebħ tal-kampjonat FIA Top Methanol Dragster Europe. Hu jibgħat l-awguri tiegħu lil Monty Bugeja u t-tim Mr Whippy li hu t-tim Malti l-ieħor li kien qed jieħu sehem fl-istess kampjonat u spiċċa fit-tieni post.

Chris Polidano u Kalanċ team kienu ddikjarati champions tal-FIA Top Methanol Dragster wara l-aħħar tellieqa li saret dan tmiem il-ġimgħa f’Santa Pod l-Ingilterra. Kalanċ Team kienu eliminati wara l-ewwel rawnd madanakollu peress li l-uniku team li seta’ jilħaqhom, iġifieri l-Maltin l-oħra Mr Whippy, kienu wkoll eliminati Kalanċ Team kienu ddikjarati champions.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/dragster-europe-kalanc-team-isiru-champions-ewropej/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.