Dr Stefan Buontempo iżur l- ‘Special Olympics’ fil- Kuleġġ San Benedittu

Monday, April 15, 2013, 2:00

Buontempo faħħar din l-inizjattiva u saħaq li l-isport irid ikun għal kulħadd. Dr Buontempo qal li l-isport irid ikun mezz biex nibnu soċjetà inklussiva li ma tħalli lil ħadd barra. Pajjiżna jrid jibni fuq il-potenzjal ta’ kulħadd.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li jrid riforma fl-isport fejn l-isport irid ikun mutur wara trasformazzjoni soċjali. Dr. Buontempo kompla jgħid li l-faċilitajiet eżistenti fl-iskejjel iridu jinfetħu għall-komunitajiet tagħna. Il-Kunsill Malti għall-Isport, irid jinvesti fl-għaqdiet u fl-isport f’pajjiżna u għalhekk kull sforz li jsir minn dan il-Kunsill irid ikun iffukat fuq l-interess tal-isport u mhux fl-interess politiku.





Leave a comment