- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Dr Hugh Peralta jikteb dwar l-inċidenti fl-isport

Posted By Sportinmalta On July 8, 2011 @ 2:39 pm In Featured,Football | 7 Comments

minn Cristian Muscat

F’artiklu li deher fil-gazzetta lokali ta’ kuljum The Times l-avukat Hugh Peralta li fl-ittra tiegħu kiteb li kien qed jikteb kemm bħala avukat kif ukoll bħala wieħed involut fl-isport u li jħobb l-isport, irrefera għal rapporti li dehru fil-media fl-aħħar jiem relatati ma’ atti vjolenti riċenti wara logħba tal-futbol lokali. Huwa kien qed jirreferi għall-inċidenti li nqalgħu wara l-finali tal-UBET FA Trophy bejn l-arċi-rivali eterni Valletta u Floriana liema logħba l-Furjaniżi rebħu bl-iskor ta’ 1 b xejn. Huwa qal li tackles u inċidenti oħra u li jistgħu jwasslu f’injuries u li jsiru waqt il-logħba għandhom jiġu ddixxiplinati mir-referre waqt il-logħba.

Madankollu huwa afferma li injuries li jseħħu barra mil-logħob ordinarju mhumiex aċċettabbli dejjem skond x’tgħid il-liġi. Hawnhekk huwa semma l-famuż każ ta’ Zinedine Zidane fejn dan kien ta daqqa ta’ ras lil Marco Materazzi fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 – pero’ dan l-inċident seħħ waqt il-logħba u għalhekk kellu jigi ddixxipplinat biss mir-referee u mhux mil-ligi kif fil-fatt sar.

Peralta spjega wkoll xi dubji li sema’ fuq il-fatt jekk deċizjoni li tittieħed mill-qorti tapplikax jekk tkun inkonsistenti mad-deċiżjoni li tittieħed mill-organu nazzjonali rispettiv f’dan il-każ l-MFA. Huwa spjega li deċiżjoni li tittieħed mill-Qorti għandha l-kontroll totali fuq kull deċiżjoni oħra li tittieħed minn kull organu nazzjonali fejn dan l-organu jista’ jkun sportiv, kummerċjali, filantropiku jew NGO.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/dr-hugh-peralta-jikteb-dwar-l-incidenti-fl-isport/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.