Dr Hugh Peralta jikteb dwar l-inċidenti fl-isport

Friday, July 8, 2011, 14:39

minn Cristian Muscat

F’artiklu li deher fil-gazzetta lokali ta’ kuljum The Times l-avukat Hugh Peralta li fl-ittra tiegħu kiteb li kien qed jikteb kemm bħala avukat kif ukoll bħala wieħed involut fl-isport u li jħobb l-isport, irrefera għal rapporti li dehru fil-media fl-aħħar jiem relatati ma’ atti vjolenti riċenti wara logħba tal-futbol lokali. Huwa kien qed jirreferi għall-inċidenti li nqalgħu wara l-finali tal-UBET FA Trophy bejn l-arċi-rivali eterni Valletta u Floriana liema logħba l-Furjaniżi rebħu bl-iskor ta’ 1 b xejn. Huwa qal li tackles u inċidenti oħra u li jistgħu jwasslu f’injuries u li jsiru waqt il-logħba għandhom jiġu ddixxiplinati mir-referre waqt il-logħba.

Madankollu huwa afferma li injuries li jseħħu barra mil-logħob ordinarju mhumiex aċċettabbli dejjem skond x’tgħid il-liġi. Hawnhekk huwa semma l-famuż każ ta’ Zinedine Zidane fejn dan kien ta daqqa ta’ ras lil Marco Materazzi fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 – pero’ dan l-inċident seħħ waqt il-logħba u għalhekk kellu jigi ddixxipplinat biss mir-referee u mhux mil-ligi kif fil-fatt sar.

Peralta spjega wkoll xi dubji li sema’ fuq il-fatt jekk deċizjoni li tittieħed mill-qorti tapplikax jekk tkun inkonsistenti mad-deċiżjoni li tittieħed mill-organu nazzjonali rispettiv f’dan il-każ l-MFA. Huwa spjega li deċiżjoni li tittieħed mill-Qorti għandha l-kontroll totali fuq kull deċiżjoni oħra li tittieħed minn kull organu nazzjonali fejn dan l-organu jista’ jkun sportiv, kummerċjali, filantropiku jew NGO.





7 Comments

  1. paul says:

    Bil mond successi fl-ewropa enjoy the moment!!!!!!! ma XLENDI LAGHBTU:):):):) anke lill barcelona qed twerwru!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!!

    [Reply]

    steve Reply:

    imma konna hemm almenu u ahna l-ahhar 3 snin dejjem laghbna 2 round qed namlu gid ghal-futbol malti .ahna ma narawx kbir qedin pero nemmnu li nistaw nghaddu ghat-3 round

    [Reply]

    Demm Ahdar Reply:

    leee ma tarawx kbir intom , idhol naqa facebook u ara il kummenti ta shabek il beltin u tinduna tarawx kbir jew le , wara kollox bhal dak il president bla principji takom

    [Reply]

    steve Reply:

    ahna loghba li jmiss qed inzomma saqajna ma art nafu li iebsa imma mhux impossibli.issa fuq pres taghna jien nemmen li huwa iktar bniedem kapaci li ghadt rah futbol malti ghandu vizjoni kbira u team gabu team b`sahhtu hafna u club stabbli b`kumitat serju imdawwar mijew .ghara pres takom maghruf ghal u turns u kif qal vinc dak tajjeb ghal politika ghax jibda jiddejaq jamel gimgha ma jessimix fil-media

    CLINTON BELT BISS Reply:

    TAKHOM BIL PRINCIJPJI TAGHKHOM KIF QAL IL VINC IHOBB JIDER JOHN WAYNE IL POLITIKANT

  2. CLINTON BELT BISS says:

    AX INQALA INCIDENT LI KIENU INVOLUTI VALLETTA ET IQUMU L IRWIFEN MIS SEMA TAFU KEMM INQALAW INCIDENTI QABEL DIN TAL BELT? IBILAW ILSIENKHOM U TKELMU FUQ IS SUCESSI LI QED JAGHMLU IT TEAMS MALTIN F L EWROPA AX XI HAGA EK TOLQOTKHOM

    [Reply]

  3. DC says:

    Prosit Dr.Peralta l-affarijiet hekk ghandhom ikunu.Grazzi tal-hidma tieghek :)

    [Reply]

Leave a comment