Dorianne Theuma ta’ Hibernians rebbieħa tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Marzu 2019

Monday, April 29, 2019, 13:48

Dorianne Theuma ta’ Hibernians hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Marzu 2019.

Dan ċertament ma kienx l-ewwel unur tat-tip tiegħu għall-veterana Theuma, hekk kif dan kien it-tmien suċċess individwali tagħha sa mill-bidu ta’ dan l-unur lura f’Ottubru tal-2012, meta kienet hi li rebħet proprju l-ewwel edizzjoni tiegħu.

Bħala waħda mill-aktar plejers stabbiliti u bl-unuri fil-futbol tan-nisa f’Malta, Dorianne rebħet l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena tan-Nisa għal 8 darbiet u kienet l-aqwa skorer fil-kampjonat tan-nisa għal 7 darbiet. Hija rebħet 12-il kampjonat, 6 knockouts u 10 Super Cups sa minn meta ddebuttat fi Frar tal-1998.

Matul Marzu 2019, Theuma skorjat 3 gowls fi 3 partiti biex b’hekk għenet lil Hibernians iżommu t-tielet post fil-kampjonat, filwaqt li bħas-soltu tat il-100 % tagħha kemm fil-grawnd kif ukoll barra permezz tar-rwol tal-ikkowċjar tagħha.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Marzu 2019 lil Dorianne.





Leave a comment