Doppjetta ta’ Schembri f’rebħa għal Omonia.

Sunday, September 15, 2013, 10:00

minn Robert Busuttil

L-attakkant internazzjonali Malti, Andre Schembri skorja doppjetta f’rebħa kbira ta’ 4-0 li Omonia Nicosia kisbu fuq Enosis.

Kienet wirja mill-aqwa tal-plejer Malti li apparti ż-żewġ gowls li skorja kellu partita kbira tant li anke qassam il-ballun fl-azzjoni tat-tieni gowl.

Il-gowls għal Omonia waslu permezz ta’ Andre Schembri fi 35 u 83 minuta filwaqt li komplew iżidu l-iskor Almeida fit-48 minuta u Platini fil-85 minuta.

Din kienet l-ewwel rebħa fil-Kampjonat għal Omonia li għandhom tliet punti wara li fid-debutt tagħhom tilfu 3-1 kontra Anothosis.

Min-naħa tagħhom Enosis għadhom bi żvantaġġ fil-klassifika fejn jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar b’ -3 punti minn żewġ logħbiet.

Ta’ min jgħid li dawn kienu l-ewwel żewġ gowls staġjonali għal Schembri fl-Ogħla Kampjonat Ċiprijott filwaqt li qed isir dejjem aktar il-benjamin tal-partitarji ta’ Omonia Nicosia.

Biex tara l-gowls ta’ Schembri agħfas fuq din il-link

http://omonoianews.com/%CF%84%CE%B1-%CE%B3%CE%BA%CE%BF%CE%BB-%CF%84%CE%BF%CF%85-%CE%B1%CE%B3%CF%8E%CE%BD%CE%B1-vid/

 




1 Comment

  1. Nick says:

    Schembri scored one goal only (first).

    [Reply]

Leave a comment