Doppjetta ta’ Bogdanovic

Wednesday, March 17, 2010, 18:20

L-attakant Malti ta’ Barnsley skorja kmieni fil-partita kif ukoll mill-ħdax il-metru kontra promotion chasers” Nottingham Forest.

Barnsley fetħu l-iskor fit-12 -il minuta meta minn free kick ta’ Nathan Doyle, Bogdanovic illlobja bir-ras minn fuq Lee Camp.

Fil-65 minuta Barnsley irduppjaw meta Filipe Teixeira twaqqa’ fil-kaxxa u mill-ħdax il-metru Bogdanovic għamilhom 2-0 , fejn kien qiegħed jiskorja is 6 goal minn 6 partiti u l-14 il-goal fil-Coca Cola Championship

Fis-74 minuta l-Boggy gie sostitut fejn inghata “standing ovation ” mill-partitarji.

Fit-78 minuta Nottingham Forest naqsu l-marġni ta’ l-iskor b’gowl ta’ Blackstock. Partita intlabgħet quddiem aktar minn 13000 spettatur.

Barnsley għandhom 49 punt minn 36 partita fejn jinsabu fit- 12 -il post, issa imisshom jilgħabu nhar is-Sibt li ġej kontra Ipswich Town f’Portman Road.

Buggie's header went over the keeper 1-0

Bogdanovic cooly converts the penalty





4 Comments

  1. samantha says:

    proset bogdanovic, jalla tircivi kuntratt minghand klub tal premier league.

    [Reply]

  2. Chris Curmi says:

    Ghaddej minn perjodu tajjeb hafna, j` Alla jibqa` fit sa l-ahhar ta` l-istagun.

    [Reply]

  3. kevin says:

    well done bogdanovic you making name for malta u proset ta din site l-gdida

    [Reply]

  4. Charmaine says:

    Proset Bogdanovic……..u proset min kitibha!!!!!

    [Reply]

Leave a comment