Donald Spiteri jew Viċi jew ċaw

Sunday, June 23, 2013, 11:05

Minn Josef Galdes

Il-President attwali tal-Futsal Malta Association Donald Spiteri lest għall-elezzjoni għal kariga ta’ Viċi President tal-MFA fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li se ssir f’nofs Lulju.

Spiteri ilu għal dawn l-aħħar snin jagħti kontribut regolari mhux biss fil-Kunsill tal-MFA iżda wkoll fl-Eżekuttiv fejn ilu jiġi elett b’mod regolari anke meta l-MFA kienet fi żmien Joe Mifsud.

Pero’ jidher ċar li Spiteri li hu wkoll fiżjoterapista u jagħti kontribut lit-team Nazzjonali, għamilha ċara lil Bjorn Vassallo (il-magna ta’ ħidma fi ħdan l-MFA) li jekk ma jitlax elett fost it-tlett karigi ta’ Viċijiet tal-MFAh u jabbunduna kollox. Filfatt jidher li Spiteri l-anqas biss se jitfa n-nominazzjoni għall-kariga ta’ membru fl-Eżekuttiv xi ħaġa li jista’ jagħmel b’mod leġġittimu.

Hu jinsab deċiżu determinat  jew jitla’ Viċi jew iħalli l-MFA taħdem ‘il quddiem għal rasha.

Spiteri instema’ jgħid kemm il-darba lil diversi niesli għandhom il-vot  ”Issa f’idejn Bjorn u d-DE DE, jekk iriduni fl-MFA iridu jaraw li jaħdmuli biex nitla inkella jinsewni lili”

Dan jikkonferma li żewġ Viċi Presidenti attwali se jibqgħu l-art għaliex kważi ċert li se jkollna żewġ Viċi Presidenti ġodda it-tnejn Żgħażagħ Dott Chris Bonnet u Donald Spiteri.

Lil min irid ineħħi minn hemm Vassallo ? Lil  Manfre’, lil Bartolo jew lil Vigu ?





6 Comments

  1. joe galea says:

    Tyrone l-importanti is-sugu tal-istorja! Proset Josef dawn huwa x-xoghol ta gurnalizmu veru… imbaghad issib lil minn imaqdar!

    [Reply]

  2. Robert says:

    Kullhadd jippretendi li jsir Vici President. Smajt li hiergin ukoll Toni Zarb Il-Carvaggio u Michael Cutajar ta Bormla U Joseph In-Nunu taz-Zejtun. Kuragg Dottor Bonnett.

    [Reply]

    Joe Borg Reply:

    Sur Robert nistaqsik ‘jekk ma johorgux nies bhal Donald ghal din il-kariga minn tridu johrog’ !! Nahseb il fatt li ilu zmien afdat kemm fil-kunsill ta l’MFA u li dejjem gie elett fl ‘Ezekuttiv, anke kif qal Galdes stess ‘minn zmien Joe MIfsud’ u dejjem telgha b’ammont sabih ta voti . Wiehed irrid jara l’energija u stimulu li jahdem bih, anke jista jaghti ezempju car x’gara din is-sena fil-futsal, fejn kient afdat f’responsabilta tieghu, u saret riforma li qatt hadd ma holom li setghet issir.
    Barra li nawgura lil siehbek Bonnett ‘ax tidher li dik lagenda tieghek’ j’Alla jkun hemm iktar nies nhal Donald u Chris Bonnett li jersqu lejn il loghba b’energija positiva li minna nistaw ngawdu ilkoll.

    [Reply]

  3. Tyrone Demanuele says:

    Insellimlek Josef.
    Nispera li issa li hadt f’idejk dan is-sit, tikteb Malti ahjar!
    Meta tikteb artiklu, hu nifs il-gewwa, u ara li jider tajjeb qabel ma’ taghfas “load article”.

    [Reply]

    E Vella Reply:

    ‘JIDHER’ u mhux ‘jider’. grazzi :)

    [Reply]

    Tyrone Demanuele Reply:

    Grazzi :)

    [Reply]

Leave a comment