Domoraud ta’ Hamrun Spartans rebbieħ tal-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Frar 2019

Thursday, March 14, 2019, 11:47

Wilfried Domoraud ta ‘Hamrun Spartans huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2019.

Il-left winger Franċiż li ssieħeb ma’ Hamrun f’Ottubru li għadda kien kruċjali biex tgħin lil Hamrun iżommu il-pożizzjoni tagħhom fl-ewwel nofs tal-klassifika tal-BOV Premier League.

Waqt li kienu 1-0 minn fuq kontra St Andrews, Domoraud ikkontrolla b’mod espert il-cross ta’ Criaco, u b’finta għeleb lill-goalkeeper ta’ St Andrews Bugeja għat 2-0 fl-84 minuta fi triqthom lejn rebħa ta’ 3-0.

Domoraud fetaħ l-iskor għal Hamrun fil-logħba tagħhom kontra Tarxien. Fit-13-il minuta, huwa għola ‘l fuq mid-difiża u minn corner tefa l-ballun fix-xibka bir-ras f’rebħa oħra ta’ 3-0.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR & Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Player of the Month għal Frar 2019 lil Domoraud li għażel Dar Fra Diegu biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.





Leave a comment