Dominanza fil-Kampjonati Nazzjonali tat-Table Tennis

Tuesday, July 7, 2015, 15:39

Gavin Muscat

Għat-tlieta u sittin darba,l-Assoċjazzjoni tat-Table Tennis f’Malta (l-MTTA)ħejjietil-Kampjonati Nazzjonali ta’ Malta tas-Seniors li ġew organizzati fi tmiem ix-xahar ta’ Mejju u baqgħu sejrin sat-12 ta’ Ġunju. B’ħafna impenn u dedikazzjoni, għat-tielet sena konsekuttiva,‘Topspin Table Tennis Academy’ reġgħet ippruvat is-suċċess tagħha hekk kif kienet l-iktar akkademja li kisbet titli: tlieta deheb u waħda bronż.

Rebħa kbira għall-Akkademja kienet dik ta’ Daniel Bajada li rnexxielu jikseb lura t-titlu ta’ ‘Seniors National Champion 2014/15’ mill-ekskampjun Andrew Gambina, hekk kifis-sena l-oħra Bajada kien ikklassifika fit-tieni post. Għal darb’oħra, il-‘Men’s Doubles’ intrebħet mill-Kowċ Edward Baldacchino flimkien ma’ Bajada, fejn ingħatalhom it-titlu ta’ kampjonati għat-tielet darba konsekuttiva. Rebħa konvinċenti oħra kienet dik għal Baldacchino u Dorianne Magri (il-Kowċ Assistenti tal-Akkademja) fil-‘Mixed Doubles’. Kemm is-semifinali kif ukoll il-finali wrew b’persważjoni l-ħila u t-teknika sublimi li kisbu Baldacchino u Magri matul snin twal ta’ esperjenza u prattika. Fil-fatt din kienet ukoll it-tieni rebħa konsekuttiva għalihom. Apparti minn hekk, Magri żammet ukoll it-tielet post fil-‘Ladies’ Single’.

 

Edward Baldacchino and Dorianne Magri

‘Topspin Table Tennis Academy’ tixtieq tfakkar li fl-4 ta’ Lulju se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-iskola sajf u tinsab ħerqana sabiex tilqa’ membri ġodda ta’ kull età, subien u bniet. Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jaċċessa l-paġna tal-‘Facebook’ jew inkella jżur is- sit www.topspintabletennisacademy.com . Barra minn hekk wieħed jista’ jagħmel kuntatt dirett mal-Kowċ fuq 99470278. L-Akkademja dejjem tħabrek biex tinċentiva lill-istudenti tagħha jistinkaw għall-kisba tat-titli però fl-istess waqt ma tinsa qatt tfakkar fis-sbuħija tal-parteċipazzjoni, anki jekk fuq livell ta’ ħbiberija.

Miktub minn: Lara Michelle Camilleri (f’isem ‘Topspin Table Tennis Academy’)

Daniel Bajada and Edward Baldacchino





Leave a comment