Divorzju bejn l-aħwa Fenech

Wednesday, January 26, 2011, 8:40

minn Cristian Muscat.

L-Aħwa Ryan u Roderick Fenech

L-Aħwa Ryan u Roderick Fenech

Il-plejer internazzjonali Malti ta’ 24 sena Ryan Fenech se jkun lest biex jagħmel id-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Valletta nhar is-Sibt li ġej fil-logħba kontra Sliema Wanderers. Dan il-website tista’ tikkonferma li dalgħodu għall-ħabta tal-10am ġewwa l-każin tal-Ħamrun Spartans iltaqgħu ż-żewġ Presidenti rispettivi ta’ Ħamrun u Valletta Daniel Sullivan u Victor Sciriha fejn ġew konklużi t-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat.

Wara l-laqgħa tal-kumitat ta’ Ħamrun Spartans, membri tal-kumitat tal-istess Ħamrun iddeċidew li ma jagħtux kummenti lill-media minħabba s-sensittivita` tal-każ. Minn informazzjoni li wasslitilna kmieni dalgħodu jidher li l-kumitat ta’ Ħamrun ta s-signor si lil Daniel Sullivan President ta’ Ħamrun Spartans biex jinnegozja pakkett attraenti ma’ Victor Sciriha.

Il-pakkett attraenti jinkludi fost oħrajn it-trasferiment b’self sa tmiem l-istaġun tal-plejer ta’ Valletta Dyson Falzon għal ma’ Ħamrun Spartans bl-għażla li Ħamrun jistgħu eventwalment jixtru l-plejer għal kollox fis-sajf li ġej għal-prezz li huwa ffissat viċin il-50,000 ewro għal Falzon.

Fil-pakkett tat-trasferiment ta’ Ryan Fenech hemm inkluż ukoll il-plejer ta’ Ħamrun Massimo Grima li mistenni jibqa’ sa Mejju tal -2012  ma’ Ħamrun Spartans għall-ebda ħlas addizzjonali. Għalkemm ir-regolamenti tal-parametri tal-MFA jistmaw lil Ryan Fenech għal massimu ta’ 50,000 ewro sorsi ta’ min jorbot fuqhom jikkonfermaw li Ryan Fenech b’kollox ħa jkun qed jinbigħ lil Valletta għas-somma ta’ 80,000 ewro maqsuma fuq żewġ pagamenti. Is-somma globali tal-pakkett li tinkludi s-self ta’ Falzon u s-self ta’ Massimo Grima għal staġun ieħor hi rrappurtata li tlaħħaq il-valur totali ta’ 120,000 ewro. Għadu mhux stabbilit jekk il-paga fix-xahar li hi miftiehma ma’ Dyson Falzon hux se tkun qiegħda titħallas mill-Ħamrun jew minn Valletta. Qed jingħad ukoll li xi arretrati tal-flus li Ħamrun kellhom jagħtu lil Ryan Fenech f’dawn l-aħħar staġuni se jkunu koperti wkoll minn Valletta għas-somma li kważi tmiss l-10,000 ewro.

Huwa mifhum li Fenech indika x-xewqa tiegħu li jingħaqad ma’ Valletta wara li l-leaders tal-Kampjonat BOV Premier urew interess kbir li jakkwistaw is-servzzi tiegħu. Jidher li Floriana għamlu offerta sostanzjali ta’ flus ukoll lil Fenech. Għalkemm kollox kien jindika li Fenech kien ħa jingħaqad ma’ Valletta, wara l-laqgħa tal-bieraħ li saret mill-kumitat ta’ Ħamrun Spartans fil-każin tal-istess klabb dan it-trasferiment deher li seta’ jseħħ l-ġimgħa d-dieħla l-iktar minħabba l-fatt li Ħamrun riedu l-plejer indispensabbli Ryan Fenech ikun fl-azzjoni kontra Marsaxlokk fil-partitissima ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej. Iżda kif rajna fil-fatt ma ġarax hekk.

Intant sportinmalta.com tista’  tikkonferma li Hamrun S għadhom kemm irreġistraw striker Bulgaru bl-isem ta’ Nikolai Chipev li se jittrenja għall-ewwel darba llejla.





9 Comments

  1. Belti says:

    Nahseb dis-sena te` bil-lumi ha tiehu Che! Veru niggustak bis-supposizzjonijiet li tohrog bihom!

    [Reply]

  2. sheldon says:

    welcome ryan ma stajtx tmur ma tim iehor tajjeb bhal dan l aqwa tim hu il belt ghid il huk forsi jigi ukoll hu

    [Reply]

    sheldon Reply:

    good luck

    [Reply]

  3. hans45 says:

    welcome Ryan and good luck and hope we win more leagues and trophys

    [Reply]

  4. bye bye says:

    Ryan kiss your future with a foreign club GOOD BYE !!  we all heard that there was an interest fro Padova, do you think Mr Schriha will let you go unless he recovers ( with profit)  all the money he spent on you ? do you think foreign teams are willing to pay that kind of money for a maltese player ? I am not against you joining Valletta , but i hope you there is a clause in your contract regarding foreign teams !. Good Luck Ryan   

    [Reply]

  5. ic-che says:

    Donnhom regghu qeghdin jibzghu li jfallu ghat tielet sena konsekuttiva!!!!!!! 
    Aktar ma jixtru aktar jaghtu pjacir:)

    [Reply]

  6. CLINTON says:

    WELCOME FL IKBAR U L AQWA CLUB TA MALTA RYAN

    [Reply]

  7. Rudolf says:

    kuragg kbir ghandhom dawn in nies involuti fil football flus flus u flus

    [Reply]

  8. Valletta fc says:

    Welcome to our club Ryan.

    [Reply]

Leave a comment