- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Divorzju bejn Gudja u Enock Barwuah

Posted By Sportinmalta On September 15, 2013 @ 10:09 am In Featured,Football | No Comments

Skont is-sit Taljan sportmediaset.it, l-avventura Maltija ta’ Enock Barwuah li jiġi  ħu l-plejer Milanist, Mario Balotelli, jidher li ntemmet ħesrem. Wara li lagħab turnament pre-season ma’ Qormi FC, Enock ingħaqad mal-Gudja, tim li jinsab fl-Ewwel Diviżjoni Maltija.

Is-sit sportmediaset.it ġie kkwotat jgħid li Enock Barwuah kellu xi “diverġenzi mal-klabb” u għalhekk ġie deċiż li l-plejer u Gudja United iqattgħu l-karti bejniethom.

Din mhux l-ewwel darba li Enock Baruah spiċċa l-istaġun proprju qabel ma’ bdieh. Fis-serie D mat-tim ta’ Bogliasco dam biss ftit jiem qabel iddeċidew li ma jżommuhx. Barwuah kellu wkoll esperjenza xejn pożittiva mat-tim non-league Ingliż ta’ Salford City.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/divorzju-bejn-gudja-u-enock-barwuah/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.