Diskussa r-rebħa ta’ 3-2 kontra Hibernians u Gilbert Agius mistieden f’Valletta Side llejla

Thursday, April 12, 2012, 5:15
Il-mistiedna għall-Valletta Side programm numru 28 se jkunu l-membru tal-kumitat Francis Vassallo, il-captain ta’ Valletta FC Gilbert Agius kif ukoll il-kummentatur tekniku Joe Micallef.
Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier kontra r-rivali Hibernians fejn permezz tar-rebħa ta’ 3-2, Valletta għamlu pass deċisiv lejn ir-rebħ tal-kampjonat.
Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer ta’ Valletta FC, Ray Sciberras. Lejn l-aħħar tal-programm issir telefonata wkoll ma’ partitarju ta’ Valletta FC.
Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta’ li jibghatu sms’s li jinqraw minn Marion Evelyn Cassar waqt il-programm.
Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta’ Mario Micallef.




Leave a comment