Diskussa r-rebħa kontra Balzan Youths u preview tal-loghba kontra Birkirkara f’Valletta Side llejla

Thursday, April 19, 2012, 5:33

Il-mistiedna għall-Valletta Side programm numru 29 se jkunu l-membru tal-kumitat David Xuereb, il-plejer internazzjonali ta’ Valletta FC Edmond Agius kif ukoll l-opinjonista Andrè Xuereb.

Primarjamnet, il-programm se jiddiskuti l-aħħar loghba mill-Kampjonat BOV Premier kontra Balzan Youths kif ukoll l-loghba li Valletta jmisshom kontra r-rivali Birkirkara FC.

Bħal kull gimgħa, il-programm se jkun qed jinkludi wkoll intervista ma’ plejer glorjuz tal-passat. Din il-gimgha l-intervista se tkun mal-eks plejer Cicino Tabone. Lejn l-aħħar tal-programm issir telefonata wkoll mal-kowc ta’ Valletta FC, Jesmond Zerafa.

Barra minn hekk il-partitarji kollha Beltin u anki mhux Beltin ghandhom il-possibilta’ li jibghatu sms’s li jinqraw waqt il-programm.

Valletta Side jixxandar kull nhar ta’ Hamis fid-9pm fuq Favourite Channel bi prezentazzjoni ta’ Mario Micallef, produzzjoni ezekuttiva ta’ George Tabone u produzzjoni ta’ Cristian Muscat. Ikun hemm ripetizzjoni tal-programm l-għada l-Ġimgħa fis-7am.

 





Leave a comment