Disfatta għad-De de

Wednesday, March 23, 2011, 15:50

minn Cristian Muscat u Sandro Micallef

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo falla milli jiġi elett għall-post ta’ membru fil-kumitat eżekuttiv tal-UEFA matul il-35 Kungress ordianrju tal-UEFA li sar f’Parigi l-bierah.

Il-President tal-UEFA Michel Platini ġie ri-elett mingħajr oppożizzjoni għat-tieni term ta’ erba’ snin. Malta kienet rappreżentatat fil-UEFA Exco mill-Ex Prsident tal-MFA Dr. Joe Mifsud sa mill-1994. Għal dawn l-ahħħr sentejn, Dr. Mifsud serva wkoll bhala wiehed mill-ħames Viċi-Prseidenti tal-UEFA.

Membership onorarja tal-UEFA ġiet mogħtija lil Dr. Mifsud f’ dan il-kungress kif ukoll lil ex President tal-federazzjoni Taljana tal-futbol Antonio Mattarese għall-ħidma twila tagħhom u għas-servizz siewi li taw lill-futbol Ewropew.

Platini irringrazzja lil Dr. Mifsud għas-servizz li dan ta lill-futbol Ewropew, fejn iddeskrivih bħala persuna ta’ tagħrif kbir fl-aspetti kollha tal-futbol li serva lill-UEFA għal 17 -il sena sħaħ bħala membru fl-EXCO, sentejn bħala Viċi-President tal-UEFA, sentejn bħala membru fil-kumitat ezekuttiv tal-UEFA, għaxar snin shah fl-organu tal-appelli tal-UEFA kif ukoll sentejn fil-kumitat tas-sigurta’ tal-istadia. Platini saĦaq lil Dr. Mifsud huwa magĦruf sew gĦall-fatt li ddefenda pajjizi żgħar u l-futbol Ewropew in ġenerali. Min-naha l-ohra Dr. Mifsud irringrazzja lill-organu Ewropew talli onoraħ.

Huwa qal li l-fatt li kien membru tal-UEFA għal sbatax -il sena sħaħ kien ta’ unur kbir għalih u li serva għal-perjodu daqshekk twil grazzi għar-rispett li urew assoċċjazzjonijiet nazzjonali. L-ex President tal-MFA qal li se jimmisjja l-fatt li kien parti mill-UEFA Exco imma jinsab kuntant li matul dawn is-snin, huwa qeda d-dmirijiet tiegħu bl-unuri kollha, b’ kuxjenza u bl-aqwa tal-abiltajiet tiegħu. Dr Mifsud kompla billi qal li ra lil UEFA tiżviluppa taħt il-presidenzi kemm ta’ Leonnard Johannson kif ukoll ta’ Michel Platini – li kien perjodu li matulu l-UEFA għamlet pssi ta’ ġgant ‘il quddiem.

Huwa rrimarka li meta ġie elett President tal-MFA lura fl-1992, assoċċjazjonijiet nazzjonali ma kienu jirċievu l-ebda għajnuna finanzjarja imma issa qedgħdin jirċievu miljuni ta’ ewro kemm mill-UEFA kif ukoll mill-FIFA li hija xi ħaġa li żgur qieghda tgħin fl-iżvilupp tal-futbol mondjali. Huwa kkonkluda billi qal li jittama li l-UEFA tkompli miexja f’din id-direzzjoni għall-beneficcju ta’ assoċjazzjoniiet nazzjonali u tal-futbol Ewropej. Finalment Dr. Mifsud irringrazzja lill-assoċċjazzjonijiet nazzjoanli għall-koperazzjoni li urew matul is-snin.

Żgur li l-fatt li Darmanin Demajo ma rnexxielux jitla’ fl-Eżekuttiv tal-UEFA nisslet dwejjaq fost dawk li mbuttawħ jasal għad-deċiżjoni li jikkontesta daqshekk kmieni. Ħafna minn sħabu diġa bdew jgħidu li kien aħjar li kieku stenna ftit ieħor u kkontesta f’Kungress ieħor fil-futur u forsi jiġbor ftit iktar voti.





9 Comments

  1. julio says:

    disfatta….? kemm ghad fadallek sabiex tibda tinduna l-istrategija li ghandek tahdem bija u tirnexxi sandro.Our goal was scored in August siehbi sandro.

    [Reply]

  2. Supporter Belti says:

    Ir-rizultat ahhari hu li tilfet l-MFA mhux id-DEDE. Anzi, aktar mnn hekk Malta tilfet post prestigjuz. Tlifna post fil-UEFA ghax il-homework ma sarx tajjeb. Kien hemm ghaggla zejda u nazzarda nghid li d-DEDE qatt ma kellu cans ikun elett ghaliex ma kienx maghruf fil-UEFA.

    [Reply]

  3. John Cassar says:

    Vot wiehed in second ballot, fl-ewwel gab aktar. U wara kollox ghalfejn qed tinkwietaw, Joe Mifsud kien biss jezisti ghas-safar ghax rari kont tarah hawn u kollox ghaddej ghal rihu. L-istess meta tqabbel lid-dede u n-nies tieghu mal-arroganza ta’ Mifsud. Kuntenti bik dede! Keep it up!!!

    [Reply]

  4. Kemm konna ahhjar says:

    Disfatta ohra sej kollu id Dede ghaw Malta ukoll ghax ghamel l-MFA administrations estenzioni tal Luxol….

    [Reply]

  5. Mark Spiteri says:

    Disfatta ghad-Dede??? Ghall-informazzjoni taghkom la George Abela u anqas Joe Mifsud ma gew eletti meta kkontestaw ghall-ewwel darba ghal din l-elezzjoni. Id-Dede ghamel biss dak li rieduh jaghmel il-klabbs u qghad ghar-rida taghhom. Ma rridux ninsew li d-Dede ma qabadx u propona ismu stess kif kien jaghmel ta’ qablu izda qabel ma ghamel xi haga mar fil-Kunsill u talab lill-klabbs jissottomettu l-ismijiet li riedu huma. Gara li Dede kellu 38 nominazzjoni kontra l-1 ta’ Mifsud. Biex ma nghidux li fl-istorja tal-MFA dejjem ta’ dejjem ikkontesta din il-kariga min kien President. Sa miz-zmien ta’ JoJo Mifsud Bonnici, George Abela u Joe Mifsud. Allura x’hemm hazin din id-darba??? l-MFA ila tezisti aktar minn 100 sena. Zgur li mhux se tieqaf ghax spicca Mifsud u aktar minn certi li taht id-Dede se tkompli tisssahh!!! Ikollnix bhala Malta siggu fil-Uefa jew le ftit se taghmlilna differenza. Il-grants li l-MFA kienet tircievi mill-Uefa u Fifa se tibqa tircivihom u li kieku fil-passat ma kellna lil hadd fil-Uefa xorta konna nircivuhom ghax dawn huma kollha parti mill-process tad-dinja tal-futbol. Trid tkun taf sew l-affarijiet biex tkun tista’ titkellem u ara ma nhallu lil hadd jahseb li Dede u t-tim tieghu m’ghandhomx l-aqwa relazzjonijiet mal-mexxeja tal-futbol ewropej u mondjali!!!

    [Reply]

    One pointer Reply:

    Jidher illi ghandhom “l-aqwa relazzjonijiet mal-mexxejja tal-futbol ewropej u mondjali” … vot wiehed. Kieku tghid gibna xi 12 jew 15 vot, ehe dak ifisser illi hemm kuntatti tajbin, imma vot wiehed b’min trid tidhaq Mark? Come on.

    Jista jkun illi id-De de qed jaghmel it-tajjeb hawn Malta, pero ghal din l-elezzjoni imissu innomina lil Joe Mifsud, dan kien jigi elett umbaghad f’erbgha snin jara bil-kuntatti ta Joe Mifsud jidhol fil-qalba u jkun elett.

    Dawn l-affarijiet trid il-pacenzja ghalihom

    [Reply]

    Mark Spiteri Reply:

    @One Pointer…nixtieq nigbidlek l-attenzjoni li Dede gab 6 voti u mhux 1. Jigifieri jew qed tisma minn xi hadd li qallek hekk jew ma tafx fuq xiex qed titkellem. Vot 1 gabu mat-tieni count ghax ried jigi elett kandidat iehor biex jifforma l-ezekuttiv tal-uefa.
    Jien irreferejt l-aqwa kuntatti mal-mexxeja ghal dawk li jmexxu il uefa u l-fifa u mhux assocjazzjonijiet ewropej. U dawn m’ghandhomx vot. Il-voti qeghdin wiehed f’kull pajjiz ewropew.
    Staqsi lill-klabbs lokali kollha u ara x’hadu u x’taghhom id-dede fis-6 xhur li ilu President u staqsihom x’kien taghhom mifsud fi 18-il sena President. Ma nafx min int pero’ tidher sew li m’intix gej minn klabb lokali u allura l-affarijiet ma tafhomx sew. 
    X’jaghmel jinnomina lil Mifsud???? Ma tarax…Inti taf jekk Mifsud f’dawn l-ahhar gimghat ippruvaw jaghmillu biss hsara lid-dede??? Taf li Mifsud halla lid-Dede 10 snin barra mill-MFA u qacctu minn kull kariga li kellu mill-Uefa fil-passat minhabba pika personali???? U issa jigi bil-wicc vili kollu jippretendi jerga’ jkun innominat??? Ma tarax…. U tghid Mifsud ma kienx se jghin lid-Dede u jaghtih il-kuntatti tieghu…mid-dehra ma tafux sew siehbi!!!
    B’hekk dejjem nghid jien li trid tkun minn gewwa biex tkun tista’ titkellem. Minn barra facli tghid kif tara l-affarijiet imma meta tkun fihom differenti hafna.
    Mifsud ghamel 18-il sena President. Ghamel it-tajjeb, hafna tajjeb imma fl-ahhar snin intilef u anqas kien jaf x’inhu jaghmel, l-arroganza splodiet u beda jara lil kulhadd dubbien. Zmienu ilu li spicca minn meta kien ikkontesta is-Sur Joe Caruana Curran 6 snin ilu u ta’ 3 snin ilu rebaha bi 3 voti ghax vera iffurtunat. Ta’ 6 xhur ilu kienet inevitabbli. 
    Imma flok lahaq ftehim biex jibqa’ fil-Uefa biss, isib l-ewwel press conference biex johrog jghajjar lid-Dede li qallu biex ihalli s-siggu Malta u jerga’ jinnominah ghall-Uefa jekk kemm-il darba jsir President hu. Min fuq il-grazzi!!! Webbes rasu, tkessah u ddardar kemm felah u giet l-elezzjoni. U kulhadd jaf il-figura li qata’…

    [Reply]

    CLINTON Reply:

    tajtx cucati sissa iktar rajna hazin milli tajjeb mela ha nibda nsemmi
    1.bil vizjoni li ghandhu hu u ta madwar gabu il players kontrijhom u dahlu fl union dan mifsud ghamlu?

    2.qal li ha jibdel il kampjonat u ma jhalihx bil punti jinqasmu spicca gebed min hemm u gebbed min hawn u bqajna fejn konnha tajdli it tort tal clubs u jien insaqsi xi haga hazina memx bzonn tiehu vot fuqha

    3.rahas il biljetti tal ground gidba sfacata b U TURN QAWWI jien kont inhalas 12 euros illum inhallas 12 euros xorta tijaj u tal mara
    4.il ground gabhu qisu knisja ax issa il multi zdiedu fuq ta zmien joe mifsud imbasta ha nahdmu ghal clubs

    5.ir refferes xi tajdli din is sena qed naraw balbuljata wara l ohra min referees mux ha noqod najd ax dak u l iehor fi zmien joe mifsud referee li jaghmel zbalji kont idum ma tarah xi xhar din is sena ir referee jaghmel zball wara l iehor gimgha wara l ohra. dak impruvment?????????dan qed jahdem ghal clubs? l unika haga li ghamel favur il clubs ija tal gate money ghalkhemm ghandi id dubji tijaj ghax dawn il clubs johduwom fl ahhar ta l istagun u il multi tal clubs huma enormi fejn is sena l ohra.

    ha namilha cara jien ma xtaqtx li jibqa joe mifsud qabel l elezjoni u biex nkun onest ma ridx nerga narah hemm ima id dede irid jiranga hafna ax jazaq qijad.XI HAGA POZITIVA GHAD DEDE APARTI LI KIEN JILGHAB MAL BELT L EWWEL TAZZA LI HA JAGHTI HI LIL VALLETTA FC

    j alla jibda jahdem naqra favur il clubs u l player u jaghmel affarijiet li jidru forsi jerga jerbah ftit fiducja milli kellhu qabel l elezjoni

  6. DeDe - one point says:

    Gibna vot wiehed f’din l-elezzjoni. Ghamilt copy u paste mill-website tal UEFA:

    Elections for seven seats on UEFA’s Executive Committee for the 2011-15 period also took place and the following members were (re-)elected for four-year terms:

    • 1st ballot (absolute majority – half valid votes plus one) – votes (of 53 cast)

    Ángel María Villar Llona – Spain – 47
    Şenes Erzik – Turkey – 42
    Grygoriy Surkis – Ukraine – 38
    Peter Gilliéron – Switzerland – 40 (new)
    Borislav Mihailov – Bulgaria – 28 (new)
    Sergey Fursenko – Russia – 27 (new)

    • 2nd ballot (simple majority)

    Mircea Sandu – Romania –15

    The remaining candidates received the following number of votes in the 2nd ballot:

    Liutauras Varanavičius – Lithuania – 12
    Dr Gilberto Madaíl – Portugal – 10
    Ivan Hašek – Czech Republic – 8
    François De Keersmacker – Belgium – 5
    Grzegorz Lato – Poland – 2
    Norman Darmanin Demajo – Malta – 1

    http://www.uefa.com/uefa/aboutuefa/organisation/congress/news/newsid=1610949.html

    [Reply]

Leave a comment