Direttiva maħruġa mill-MFRA

Thursday, March 31, 2016, 18:02

Permezz ta’ din in-notifika l-MFRA qiegħda tagħti direttiva lir-referees kollha membri tagħha,  sabiex b’effett immedjat ma’ jaċċettawx appointments li jinvolvu lill-Valletta Futsal Club  u jirrifjutaw kwalunkwe’ appointment li seta’ ġie aċċettat fil- jiem li għaddew li jinvolvi l-imsemmi tim.

Din id-direttiva qiegħda toħroġ fid-dawl ta’ avvenimenti nkwetanti li seħħew riċentament u li jimpattaw is-sigurta’ tal-imsemmija membri tal-MFRA.

Id-direttiva tibqa’ fis-seħħ sakemm toħroġ kontro-direttiva mill-MFRA.

Alexie Tabone

President MFRA





Leave a comment