Dillon Cassar, Roberta Schembri rebbieħa tal-House of Sport 10k Series f’Burmarrad

Tuesday, September 3, 2019, 10:06

L-edizzjoni f’Burmarrad tal-House of Sport 10k Series rat parteċipazzjoni miżjuda, meta mqabbel ma dak tas-sena li għaddiet, nhar il-Ħadd. Il-fuq minn 300 atleta ħadu sehem fir-rotta ċatta u meqjusa bħala waħda veloċi. Din is-sena kien hemm tinbidel żgħir fuq ir-rotta minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin fuq ir-rotta.

Dillon Cassar waqqaf il-pass mill-bidu tat-tellieqa sabiex kiseb  vantaġġ komdu. Cassar ilu jikkompeti f’din ix-xena għal ftit inqas minn sentejn, iżda l-wirjiet tiegħu qegħdin jħallu riżultati notevoli. Cassar żamm id-distakk tul iż-żewġ dawriet tal-korsa u kiseb ħin finali ta’ 31 minuta 48 sekonda. Prestazzjoni b’saħħitha oħra ngħatat minn Stefan Azzopardi, li wara nuqqas ta’ erba’ xhur minħabba injury. Azzopardi spiċċa fit-tieni post f’ħin ta’ 34 minuta u 36 sekonda. Fit-tielet post, tnax-il sekonda wara Azzopardi daħal Mario Grech, li kien viċin ta’ Azzopardi għall-parti l-kbira tat-tellieqa.

Roberta Schembri ħadet il-vantaġġ fil-kategorija tan-nisa. Hi bdiet b’distakk tajjeb fuq Josann Attard Pulis. Minkejja tentattivi minn Attard Pulis biex tnaqqas id-distakk Schembri żammet il-pass tagħha biex tirbaħ it-tellieqa fit-38 minuta 7 sekondi. Attard Pulis kisbet it-tieni post, 43 sekonda wara Schembri. Fit-tielet post kienet Joelle Cortis li rreġistrat ħin ta’b39 minuta 7 sekondi.

Qabel il-bidu tat-tellieqa nzammet minuta ta’ silenzju b’rispett lejn Mario Tabone, l-atleta li miet ħabta u sabta ftit jiem qabel it-tellieqa.

It-tellieqa saret taħt il-patroċinju tal-Malta Amateur Athletics Association u kienet appoġġjata minn House of Sport, Starmax u emvigee pr & marketing. It-tellieqa li jmiss tal-House of Sport 10k Series ser tinżamm nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru u se ssir fil-Belt Valletta.





Leave a comment