Dillon Cassar, Josann Attard Pulis rebbieħa tar-rotta ta’ Ħad-Dingli

Monday, February 17, 2020, 12:08

Dillon Cassar u Josann Attard Pulis komplew jaffermaw il-pożizzjoni tagħhom bħala parti minn grupp elite ta’ atleti li jkomplu jagħmlu isem tajjeb fil-komunità tal-ġiri fit-toroq meta rreġistraw rebħiet tajbin fl-Intersport Dingli 10km nhar il-Ħadd.

Mhux nieqes  minn xenarju mill-isbaħ, il-korsa hija magħrufa bħala waħda teknika b’xi għoljiet weqfin, partikolarment fl-aħħar ftit metri tat-tellieqa.

Dillon Cassar (Raptorz Running Club), li hu presenza regolari fuq il-podji tat-tlielaq, ta prestazzjoni determinata sabiex irreġistra ħin imtejjeb, ta’ disgħa u erbgħin sekonda, fuq il-ħin tas-sena l-oħra. Dan ir-riżultat żgura vantaġġ komdu fuq Aaron Mifsud (Pembroke Athleta), li madankollu ta wirja tajba ħafna. Fit-tielet post kien l-atleta ta’ Żurrieq Wolves Matthew Xuereb. F’dak li kien wirja tajba tal-isportività Mark Herrera, li meta rrealizza dawra ħażina tatu ftit metri vantaġġ, żamm lura fl-aħħar ftit metri sabiex żgura li Xuereb kiseb it-tielet post mistħoqq.

L-atleta tal-iStarmax Josann Attard Pulis saltnat fuq il-fraternità tan-nisa meta ħarġet rebbieħa b’vantaġġ ta’ erba’ minuti fuq Dzintra Grech. Ftit sekondi wara Grech kien hemm Charyl Fava mhux biss kisbet it-tielet post, iżda rreġistrat titjib mis-sena l-oħra.

“Minkejja l-fatt, li xi atleti għandhom it-tendenza li jibżgħu minn tlielaq li fihom ċertu tlajja, din il-korsa xorta kisbet popolarità. Il-kalendarju tat-tlielaq huwa mimli ħafna, imma aħna sodisfatti ħafna li naraw taħlita tajba ta’ abbiltajiet li qed jieħdu sehem fuq din ir-rotta” spjega d-Direttur u l-Organizzatur tat-tellieqa Charlie Demanuele.

Riżultati tat-tellieqa jinsabu fuq - https://my.raceresult.com/149197/#1_94D641

Grazzi tmur lejn Intersport, emvigee pr & marketing, Agones SFC li ħadu ħsieb tat-timing elettroniku,  Birkirkara St Joseph Sports Club u Starmax għall-marshalling matul it-tellieqa,  kif ukoll għad-distretti tal-Pulizjia tar-Rabat u l-Ħamrun għall-assistenza tagħhom. Grazzi mur il-Kunsilli Lokali tar-Rabat u Ħad-Dingli kif ukoll ta ’Transport Malta għall-għajnuna tagħhom qabel it-tellieqa.

It-tellieqa li jmiss tal-Intersport 10k Series ser tkun is-Sliema Ladies Edition li se ssir nhar il-Ħadd 10 ta’ Mejju.





Leave a comment