Dikjarazzjoni uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti dwar Tokjo 2020

Wednesday, March 25, 2020, 10:20

Il-Kumitat Olimpiku Malti jilqa’ d-deċiżjoni tal-KOI, il-Gvern tal-Ġappun u l-Kumitat Organizzattiv biex jipposponu l-Logħob Olimpiku 2020 ta’ Tokjo b’sena.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tas-saħħa tal-atleti u l-pubbliku ġenerali f’dan il-perjodu li d-dinja qed tgħaddi minnu minħabba l-virus COVID-19.

Din id-deċiżjoni hija konformi mas-sentimenti tal-Kumitat Olimpiku Malti, li għalihom is-saħħa u l-benesseru tal-atleti tagħna jiġi l-ewwel u qabel kollox.

Il-KOM tixtieq turi s-solidarjetà tagħha ma’ dawk l-atleti kollha li kienu diġà kkwalifikaw għall-logħob u wkoll mal-atleti l-oħra li taw sigħat ta’ taħriġ u sagrifiċċji enormi għal dawn il-logħob.

Barra minn hekk, il-KOM jieħu din l-opportunità biex iħeġġeġ lill-atleti kollha u lill-pubbliku in ġenerali biex jimxu mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex nikkontribwixxu b’mod attiv lejn il-kontroll tat-tixrid ta’ dan il-virus.





Leave a comment