Difiza ta`emergenza

Thursday, September 5, 2013, 11:37

Hemm possibilita kbira li ghada ghall-partita kontra d-Danimarka jiddebutta mal-ewwel hdax-il player iz-zaghzugh ta`Sliema Jacob Borg. Dan ikkonfermah il-coach nazzjonali Pietro Ghedin f`konferenza tal-ahbarijiet li saret il-Hamis filghodu. Ghedin tenna li kontra l-Iskandinavi ser tkun difiza t`emergenza minhabba l-fatt li hemm zewg players sospizi li huma Luke Dimech u Alex Muscat ghaldaqstant id-difiza tat-tim nazzjonali Malti se tkun probabilment Jacob Borg right back, Clayton Failla left back, u Ryan Camilleri u Andrei Aguis bhala difensuri centrali.

Tkellmu ukoll Clayton Failla u Edward Herrera li t-tnejn ikkonfermaw li fl-ahhar partita kontra l-Azerbaijan kienet kwazi dizastru totali fejn ammettew li li t-team ma laghabx tajjeb. Kemm Failla kif ukoll Herrera qablu li jekk Malta ghada kontra d-Danimarka trid prestazzjoni u rizultat tajjeb iridu jilghabu kif laghbu fil-loghba kontra l-Armenja fejn rebhu barra minn dahrom.

Ghedin ikkonferma li ghandu pjan serju ghal ghada li nifmu li ser ikun ta` 4-5-1 u tenn ” kuntent bil-players tieghi,nemmen li anki bit-telfiet ahan nitghallmu”. Finalment Ghedin ikkonferma li l-players kollha li kienu fl-iskwadra kontra l-Armenja li nghataw l-bonus ghar-rebha gabru xi haga tal-flus bejniethom u tawha bhala donazzjoni lill- backup staff bhala apprezzament tax-xoghol li ghamlu.





Leave a comment