Didier Bugeja spiċċa fir-raba’ post f’tellieqa fl-Italja.

Thursday, August 29, 2019, 7:45

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, is-sewwieq Malti Didier Bugeja, membru tal-Island Car Club, spiċċa fir-raba’ post f’tellieqa li saret f’Gubbio fl-Italja. L-avveniment kien wieħed importanti peress li din it-tellieqa kienet waħda mir-rawnds tal-Campionato Italiano Velocità Montagna.

Għalkemm fir-raba’ post, Bugeja kien biss 3.70 sekondi wara r-rebbieħ tal-klassi tiegħu li kienet komposta minn 7 sewwieqa stabiliti ferm fl-Italja.

Il-korsa li ntużat għal din it-tellieqa kienet twila 4.150 kilometri b’diżlivell ta’ 270 metru bejn il-bidu u t-tmiem. Bugeja permezz tal-Peugeot 106 tiegħu issa ngħaqad ma’ 7 sewwieqa oħra Maltin fi Chiaramonte Gulfi għat-62 edizzjoni tal-Hillclimb Monti Iblei li ser issir fi tmiem din il-ġimgħa. Is-sewwieqa l-oħra huma Ignazio Cannavo fuq Lamborgini Gallardo GT3, Anastasi Joe fuq Austin Cooper, Galea Noel fuq Escort MK2, Dunford James fuq Norma M 20F, Camilleri Darren fuq Tatuus Honda, Galea Ian fuq Argo Formula F3 Honda u Deidun Ivan Paul.





Leave a comment