Di Donna il-mistieden speċjali tal-KOM

Sunday, November 27, 2016, 18:54

Gavin Muscat

ROBERTO DI DONNA twieled Ruma fit- 8 ta’ Settembru 1968 –  meqjus bħala wieħed mill-aqwa tiraturi ta’ kull żmien fl-istorja tal-Olimpijadi.

Ħa sehem f’erba’ edizzjonijiet tal-Olimpijadi fl-1988 f’Seoul, fl-1992 f’Barcellona , fl-1996 f’Atlanta u fl-2000 f’Sydney. Il-qofol tal-karriera kien fl-1996 meta f’Atlanta rebaħ il-medalja tad-deheb fl-airpistol fuq disatanza ta’ 10 metri (585 + 99.2) kif wkoll rebaħ il-bronz fil-pistola fuq distanza ta’ 50 metru (569 + 92.8)

Fl-1994 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja, fi Munich rebah il-medalja tal-bronz fil-pistola libera filwaqt li fl-1995 f’edizzjoni ohra tal-finali rebah id-deheb fl-istess kategorija u kiseb il-fidda fl-air pistola

Is-sena 1996 apparti s-success Olimpiku kienet wkoll success fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Naefels meta rebaħ il-medalja tad-deheb fiż-żewġ kategoriji.

Fl-1997 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Lugano rebah id-deheb fl-air pistola u l-fidda fil-pistola.

Huwa għandu r-record Taljan fl-airpistol (592/600) u fil-pistola (573/600). Fl-aħħar snin mexxa skola tal-isparar u fl-istess waqt baqa’ jikkompeti. Mill-2011 inħatar bħala kowċ nazzjonali taż-żgħażagħ tal-Italja.

Roberto Di Donna

Roberto Di Donna





Leave a comment