Dgħasja ġdida ta’ Schembri għall-Isla

Sunday, July 14, 2013, 12:23
Dalgħodu l-Kumitat tar-Regatta tal-Isla vara dgħajsa ġdida li se tizanzan għall-ewwel darba fir-regatta ta’ Jum il-Vitorja fit 8 ta’ Settembru li ġej.
Id-dgħajsa li ġiet imbieraka mill-arċipriet tal-Isla ħadimha Lawrence Schembri imgħallem tad-daghħjes maghruf bhjala ta’ Sgendo. Scjembri hu wieħed mill-erba imgħallmin li għad fadal jagħmlu dan ix-xogħol tad-dagħgjjes tar-Regatta f’Malta.
Id-dagħjsa li hija magħrufa bħala tax-xogħol se tkun qed tintua għat-tiġrija ta’ bi tnejn.
Il-benefattur ta’ din id-dagħadja huwa Benny Casha li reġa’ daħal bħala Presidnet tal-Club. Id-dagħajsa ingħatat l-isem ta’ Mariah Casha u diġa ġiet ippruvata mil-qaddiefa tal-Isla li lkoll kellhom kliem ta’ tifħir ghal mod kif ġiet maħduma fejn ingħatat attanzjoni għal kull dettall sabiex tkun ħafifa kemm jista’ jkun fl-ilma sabiex tista tissielet għall-ewwel pozizzjonijiet fit-tiġrija.
 




Leave a comment