Dgħajsa ġdida għad-distrett tal-Isla

Monday, March 14, 2016, 18:15

Gavin Muscat

Ftit ġimgħat qabel r-regatta ta’ Jum il-Ħelsien, x-xogħol u t-taħriġ fid-distretti jkun għaddej ġmielu.  Nhar il-Ħadd li għadda d-distrett tal-Isla bierku frejgatina ġdida li ser tintuża għall-ewwel darba fl-edizzjoni ta’ din is-sena.  Din id-dgħajsa ser tkun qed tinstaq għall-ewwel darba minn Christian Camilleri u Rhys Fiteni.

Id-dgħajjes kienet maħduma minn Tony Cassar ta’ Tunanu Boat Builders mill-Birgu.  Il-mgħallem Tony Cassar ilu jibni d-dgħajjes madwar 50 sena għalkemm it-teknika tas-sengħa nbidlet matul iż-żmien din ma tnaqqas xejn mit-tradizzjoni ta’ kif tinbena d-dgħajsa tradizzjonali Maltija. It-tberfil tad-dgħajsa, li hija wkoll sengħa tradizzjonali għall-pajjiżna, saret mill-istess Tony Cassar.

It-tberik sar minn Fr Aurelio Mule’ Stagno SDB, fil-preżenza tal-membri tal-kumitat tal-Isla mmexxi minn Benny Casha u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Inovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, qaddiefa u partitarji.

 





Leave a comment